Futbol Sport

Noah Okafor l-eroj għal Milan

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Lazio, bit-tim minn Ruma jtemm il-partita bi tmien players biss fil-ground. Lazio sfaw jilagħbu b’għaxra wara 57 minuta meta Luca Pellegrini ntwera t-tieni karta safra.

Milan ħasbu li marru fil-vantaġġ fis-76 minuta iżda l-gowl ta’ Rafael Leao kien imħassar għall-offside permezz tal-VAR. It-tim ta’ Stefano Pioli iżda mar fil-vantaġġ fit-88 minuta permezz ta’ Noah Okafor. Fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita, Lazio sfaw jilagħbu bi tmien players meta l-ewwel tkeċċa Adam Marusic u aktar tard tkeċċa b’karta ħamra diretta wkoll Matteo Guendouzi.