Stephen Spiteri, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li għandha tingħata attenzjoni primarja għaliex diversi esperti fil-kostruzzjoni qed jiġbdu l-attenzjoni dwar l-importanza li l-bini li qed isir u l-materjal użat ikun tal-ogħla livell u mhux inferjuri.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ d-dikjarazzjoni li għamel il-Perit Martin Debono li qal li ħafna postijiet f’Malta mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jirreżistu terremot ta’ qawwa normali. Il-Perit Debono kien ikkritika wkoll il-materjal li qed jintuża f’diversi binjiet.
Stephen Spiteri sostna li dak li seħħ fil-każ ta’ Jean Paul Sofia, hu l-istess kif qed iseħħ fil-pajjiż. Hu qal li mhux aċċettabbli jkun hemm min responsabbli li lanqas imorru fuq il-lant tax-xogħol. Din l-industrija ġibdet lejha numru ta’ ħaddiema barranin li wkoll iridu jkunu mħarsa.
Id-deputat Nazzjonalista kif hemm nuqqasijiet li wasslu beix persuni li kieku ħdejn is-siti ta’ kostruzzjoni spiċċaw vitmti. Fl-aħħar 10 snin l-industrija tal-kostruzzjoni splodiet.
Hu qal li r-riżenji mhumiex is-soluzzjoni iżda jeħtieġ l jku speċifikat kif baqgħu ma ttieħdux azzjonijiet meta kien hemm it-twissijiet. Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun assigurat li kull bini li jsir ikun jaqbel mal-bini tal-lokalitajiet Maltin u Gaħwdxin.