Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq bdiet tintlagħab ir-raba’ ġurnata mill-Fażi Preliminari tal-Kampjonat tax-Xitwa. Ebda sorpriża partikolari, b’rebħiet faċli għal Marsaskala u Neptunes filwaqt li Sliema tħabtu ftit iktar minnhom biex għelbu l-isfida ta’ Valletta.
Is-Sibt jintlagħbu tliet logħbiet oħra biex b’hekk ikun għad jonqos ġurnata ta’ logħob biex tintemm l-ewwel fażi u jkunu magħrufa s-sitt timijiet li se jkomplu fil-Kampjonat Premier u s-sitt timijiet li se jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni. L-ewwel tliet timijiet minn Gruppi A u B jagħmlu fil-Kampjonat Premier.
Id-differenza fir-rebħa ta’ Sliema spiċċat biex kienet l-ewwel sessjoni li fiha Sliema skorjaw tliet gowls konsekuttivi. Valletta wettqu reazzjoni u f’żewġ okkażjonijiet għamluhom 3-3 u 5-5. Madankollu ma rkuprawx meta Sliema marru 8-5 minn fuq fit-tielet sessjoni. Dino Zammit spiċċa l-aqwa skorer tal-logħba b’seba’ gowls.
Il-logħba ta’ Marsaskala u Barracudas kienet l-aktar waħda mimlija gowls. Marsaskala kellhom diġà vantaġġ ta’ 4-1 f’nofs l-ewwel sessjoni u saħansitra l-vantaġġ kiber għal 9-2 f’nofs it-tieni sessjoni. Huma xxalaw fit-tielet sessjoni b’disa’ gowls skorjati għal vantaġġ ta’ 20-7, bl-aħħar sessjoni tagħti opportunità għal Barracudas biex ibenġlu ftit ir-riżultat finali.
Neptunes ukoll kellhom triq faċli għat-tliet punti kif mistenni. B’vantaġġ ta’ 8-1, gowls li waslu minn sitt plejers differenti, Neptunes kienu diġà għalqu l-logħba wara sessjoni u nofs. Il-gowls ta’ Neptunes komplew jinqasmu fuq diversi plejers fil-kumplament tal-logħba, tant li xejn anqas minn disa’ plejers sabu x-xibka.
SLIEMA FRANK SALT……… 10
VALLETTA IZIBET…………….. 7
(3-0), (2-3), (3-3), (2-1)
Sliema: N. Grixti, G. Gatt, T. Camilleri, D. Rizzo (1), J. Cassar, B. Cachia, T. Fenech, S. Engerer (1), J. Brownrigg, J. Chircop, E. Schembri, S. Zammit (7), M. Castillo, J. Sciberras
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud, M. Demarco, S. Busuttil (1), K. Borg (1), M. Zammit (2), S. Micallef, A. Agius, K. Cremona (1), A. Bugeja, C. Mercieca
Referees: Alex De Raffaele, Ronnie Spiteri
MARSASKALA ESC……….. 26
BARRACUDAS……………….. 12
(5-2), (6-3), (9-2), (6-5)
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, J. Colombo, J. Pace Mizzi (7), M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro (3), N. Spiteri (1), K. Grech (2), G. Sammut (3), J. Ciantar (5), M. Carani (4), M. Borg, L. Montebello Brownrigg (1)
Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), A. Falzon (2), W. Ruggier, R. Sciortino, K. Mock (1), T. Perici Ferrante (1), S. Apap (4), N. Majstorovic, C.J. Saliba (1), A. Micallef, J. Erdogan
Referees: Massimo Angileri, Juana Cauchi
OTTERS NIVEA…………………… 4
NEPTUNES VIDEOSLOTS….. 19
(1-4), (1-5), (1-6), (1-4)
Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, K. Calleja, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, T.J. Mifsud, T. Milne, M. Farrugia, A. Dimech (2), G. Gatt Ellis, K. Micallef
Neptunes: A. Borg Cole, H. Schramm, S. Gialanze (3), G. Pace (3), J. Valletta (3), D. Bugeja, G. Schembri (1), J. Camilleri (1), R. Galea (2), J. Bajada (2), L. Mallia (2), E. Mallia (2), M. Brimmer, M. Ellul
Referees: Stefan Licari, Neville Mercieca
Klassifika Grupp A: Neptunes 12-il punt minn 4 logħbiet, Sliema 12-il punt minn 4 logħbiet, Valletta 6 punti minn 4 logħbiet, Birżebbuġa 3 punti minn 3 logħbiet, Otters 0 punti minn 4 logħbiet, Marsaxlokk 0 punti minn 3 logħbiet
Klassifika Grupp B: San Ġiljan 9 punti minn 3 logħbiet, Sirens 9 punti minn 3 logħbiet, Marsaskala 6 punti minn 4 logħbiet, Exiles 3 punti minn 3 logħbiet, Ta’ Xbiex 3 punti minn 3 logħbiet, Barracudas 0 punti minn 4 logħbiet
Logħob li jmiss – Is-Sibt 2 ta’ Marzu
Grupp A: Birżebbuġa v Marsaxlokk 3.00pm
Grupp B: Ta’ Xbiex v Sirens 4.10pm
Grupp B: San Ġiljan v Exiles 5.20pm
//= $special ?>