Ġewwa l-arena ta’ Monte Kristo f’Ħal Farruġ, kif kien antiċipat, Gladiators Fight Night 29, bl-isem The Battle of Warriors, kien suċċess kbir bi spettaklu ta’ livell għoli.
B’numru sinifikanti ta’ ġlied maqsuma fuq jumejn, il-ġellieda Maltin li kkompetew fid-dixxiplini tal-boxing, K1, kickboxing, u Muay Thai offrew spettaklu mill-aqwa meta kkonfrontaw 18-il avversarju internazzjonali minn nazzjonijiet differenti.
Bi 19-il bout kompetittiv u 14-il wirja sanzjonati u sorveljati mill-Malta Boxing Association (MBA), il-boxing ħa ċ-ċentru tal-palk il-Ġimgħa fl-ewwel jum tal-kompetizzjoni. Fi ġlied organizzati skont standards Olimpiċi, ġellieda minn klabbs differenti Maltin ikkompetew kontra avversarji minn klabbs internazzjonali skont il-kategoriji tal-piż u d-diviżjonijiet tagħhom.
Il-Malta Kickboxing Association (MKBA) flimkien mal-World Kickboxing Network (WKN), u l-Malta Boxing Association issorveljaw 29 ġlieda kompetittiva u wirja waħda matul it-tieni rawnd ta’ bouts nhar is-Sibt fil-ghaxija. Il-programm kien jinkludi 2 bouts professjonali tal-boxing, 2 combats K1, 2 ġlied Muay Thai, u diversi combats ta’ kickboxing għal diversi titli, inklużi ċ-ċinturini tat-titlu tal-Gladiators u żewġ ċinturini tat-titlu tal-WKN International.
Bi wirja mill-aqwa, il-ġellieda mill-klabbs Maltin rebħu 18-il ġlieda kontra l-ġellieda internazzjonali. Jake Azzopardi, Emma Xuereb, Jaydee Cassar, u Brent Spiteri rebħu ċ-ċinturini prestiġjużi tat-titlu tal-Gladiator. Jean Claude Mifsud rebaħ iċ-ċinturin tat-titlu tal-Boxing, filwaqt li Jesred Piscopo għeleb lill-avversarju internazzjonali tiegħu fi ġlieda stil K1.
Il-klima tal-avveniment kienet ir-rebħa taż-żewġ ġellieda Maltin Leanne Magro u Ryan Cachia it-tnejn immexxija u kowċjati minn Master Noel Mercieca minn Team Noel Club it-tnejn rebħu ċ-ċinturini tat-titlu għal WKN European am/pro.
Il-promoturi tal-Gladiator, Joesam Azzopardi, Mariana Azzopardi Spiteri, Noel Mercieca, u Mariella Sciberras, esprimew il-gratitudni tagħhom għall-prestazzjoni mill-aqwa tal-ġellieda lokali. Huma rrimarkaw li kisbiet bħal dawn iservu bħala motivazzjoni biex jiġu organizzati avvenimenti oħra ta ‘livelli simili.
Ritratti ta’ Martin Agius



















