“Kultant nistħajjel li l-vera vittma isir l-akkużat u l-vera akkużat isir il-vittma. Kulħadd jinsa li l-vera vittma hija dik li ġiet mirduma f’dahra stess u l-familja tagħhom għadhom ibagħtu l-konsegwenzi”
Hekk kiteb Carmel Pace, l-armel ta’ Miriam Pace f’għeluq l-erba’ snin minn meta kiesaħ u biered tilfet ħajjitha meta ntradmet taħt it-tifrik tad-dar tagħha stess fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun. Miriam Pace kienet omm ta’ 55 sena u kien ir-raġel tagħha stess illi wara l-inċident informa lill-Pulizija li martu kienet spiċċat maqbuda.
Fil-post tiegħu fuq il-media soċjali, Carmel Pace kompla jgħid li dan huwa r-raba’ annivesrarju iswed minn meta ħajjet Miriam ġiet maħsuda u l-ħajja tal-familja tagħha nqelbet ta’ taħt fuq… minħabba r-rebgħa tan-nies.
L-inċident kien seħħ fit-2 ta’ Marzu 2020 u kien qanqal sens ta’ niket u rabja kbir kif ukoll sejħiet għar-rifroma fis-settur. Żewġ periti kienu nstabu ħatja ta’ omiċidju involontarju u inatgħu sentenza ta ħabs sospiża flimkien ma’ 800 siegħa xogħol fil-komunità, waqt li l-kuntrattur għat-tħaffir Ludwig Dimech u l-bennej Nicholas Spiteri għandhom il-każ tagħhom jinstema’ mill-Qorti Kriminali.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn, għexieren ta’ inċidenti oħra fil-kostruzzjoni ħallew vittmi oħra fosthom Jean Paul Sofia. Pero, minkejja dan kollu, ħadd għadu ma refa’ responsabiltà politika la għall-mewt ta’ Miriam Pace u lanqas għall-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia
//= $special ?>