Il-bżonn li l-pazjenti tal-epilessija isiru pazjenti attivi fil-proċess ta’ riċerka tas-saħħa u żvillupi.
Dan kien l-għan ewlieni tal-forum dwar l-Epilessija li ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Epilessija fi ħdan Caritas Malta.

Huwa stmat li f’Malta u f’Għawdex hawn mal-4,000 persuna li jbatu minn din il-kundizzjoni u għalhekk huwa importanti ħafna kemm li dawn ikollhom irwol attiv fil-proċess ta’ riċerka kif ukoll li titneħħa l-istigma minn fuqhom, kif spjegalna il-Public Relations Officer, Matthew Attard.

Matul dan il-forum tkellmu numru ta’ mistiedna distinti fosthom il-President Emeritus, Marie Louise Coleiro Preca, ix-Shadow Minister għall-Inklujoni u l-Volontarjat, Graziella Galea u x-Shadow Minister għas-Saħħa, Adrian Delia.
Graziella Gale tkellmet dwar kif il-mediċini speċjalizzati għal min ibagħti bl-Epilesija m’humiex fil-formularju tal-Gvern, u dwar kif il-PN qed jaħdem u ser ikun qed ikompli jaħdem sabiex l-4000 persuna li jbagħtu mill-Epilesija jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.


Kif sjegalna l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Epilesija fi ħdan Caritas Malta, Frank Portelli, id-dibattitu pubbliku dwar l-Epilessija huwa xi ħaġa pjuttost ġdida f’pajjiżna għalhekk din is-sena il-forum inkluda wkoll sitt mistiedna internazzjonali li wkoll ibatu mill-Epilessija.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, AnneMarie Grech.
