Għada l-Kap tal-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jagħmel żjara f’Tas-Sliema. Din hija parti miż-żjarat li qed jagħmel Bernard Grech, fejn kull nhar ta’ Ħadd qed jiltaqa’ mar-residenti f’lokalitajiet differenti.
Hu ser ikun qed jieħu din l-opportunità biex jitkellem mal-pubbliku u jisma’ dak li huma jixitiequ jaqsmu miegħu, hekk kif ninsabu ftit xhur biss ‘il bogħod mill-Elezzjonijiet tal-Kunsill kif ukoll mill-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej.
Fil-11am Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu sehem fi djalogu fi Pjazza Sant’Anna, Tas-Sliema fejn ser ikun qed jindirizza bosta temi li qed jaffetwaw lill-poplu Malti.
//= $special ?>