Futbol Sport

Gowl ta’ Brandon Paiber isalva punt lil Valletta kontra Ħamrun

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

ĦAMRUN ……………………….1

VALLETTA ……………………….1

Ħamrun: H.Bonello, S.Borg, L.Montebello (S.Paintsil 73’), J.Mbong (J.Corbalan 73’), R.Prsa (R.Nenov 82’), E.Freitas, U.Duranovic, E.Domingos, E.Marcelina, R.Camenzuli, J.Robet

Valletta: A.Guarnone, J.Ramires, E.Ruiz, F.Barrientos, S.Ferraris, J.Azzopardi (C.Gauci 79’), B.Paiber (G.Vieira 79’), N.Micallef, D.Benites (E.Garba 67’), A.Silas (M.Jezdimirovic 67’), D.Nogueira (S.Dimech 72’)

Imwissija: U.Duranovic 11’, (Ħ), E.Ruiz 11’ N.Micallef 22’, J.Benites 65’, O.Barrientos 74’, A.Ferraris 78’ (V)

Skorjaw: U.Duranovic 45’ (Ħ) B.Paiber 56’ (V)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: James Muscat u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: Brandon Paiber (Valletta)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Jake Azzopardi (Valletta)

F’wieħed mill-iktar konfronti mistennija tal-istaġun, fl-Istadium Nazzjonali, Ħamrun Spartans ġew miżmuma minn Valletta bl-iskor finali jkun dak ta’ 1-1, bl-Ispartans jiftħu l-iskor l-ewwel fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima permezz ta’ Duranovic, bil-captain ta’ Valletta Brandon Paiber jagħmel l-iskor indaqs fit-tieni taqsima.

Riżultat li iktar jiffavorixxi lil Valletta, hekk kif jinsabu fit-12-il post b’total ta’ 19-il punt, bit-tama li jevitaw ir-relegazzjoni tibqa ħajja, filwaqt li Ħamrun Spartans fallew milli jirbħu għat-tieni partita konsekuttiva wara li temmew fi draw kontra Sliema l-ġimgħa l-oħra. Dan iħalli l-Ispartans fl-ewwel post b’46 punt, filwaqt li Floriana jokkupaw it-tieni post b’42 u partita inqas. Floriana se jaffrontaw lit-tim li jinsab fil-qiegħ tal-klassifika Gudja, u rebħa għall-Greens tkompli tnaqqas id-distakk minn ma’ Ħamrun.

Il-partita bdiet b’Ħamrun fuq l-offensiva, b’Camenzuli jkun perikoluż mix-xellug mill-pass twil ta’ Jonny, bid-difensur laterali jittanta xortih b’xutt baxx u jara l-ballun jgħaddi barra.

Fis-36 minuta waslet l-iktar azzjoni perikoluża għal Ħamrun, meta Jonny mix-xellug jitħol b’ġirja b’saħħita fil-kaxxa u jsib lil Montebello b’kross baxx, bl-aqwa skorer tal-kampjonat jikkonkludi fil-baxx, madankollu jiġi miċħud mill-goalkeeper Guarnone b’intervent mill-isbaħ.

Ryan Camenzuli għal darb’oħra b’ċans ta’ gowl, din id-darba fil-45 minuta meta rċieva f’tarf il-kaxxa u pprova jdawwar xutt fir-rokna ta’ fuq tal-lemin, bil-konklużjoni tgħaddi ftit barra.

Ftit sekondi wara, eżatt fl-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima, Uros Duranovic fetaħ l-iskor għall-Ispartans meta mill-viċin għeleb lil Guarnone wara li rċieva mill-pass ta’ Prsa, b’ Ħamrun jirnexxielhom jieħdu l-vantaġġ fl-ewwel taqsima missielta, bil-Beltin ifallu milli jżommu l-iskor indaqs għall-ewwel tlett kwarti.

Fit-tieni taqsima Valletta ħarġu fuq l-offensiva, tant kemm hu hekk li fis-56 minuta Cardoso rebaħ penalty għat-tim tiegħu meta twaqqa fil-kaxxa minn Steve Borg. Il-captain Brandon Paiber inkariga ruħu mill-penalty, bl-ewwel tentattiv ċentrali jiġi salvat minn Bonello, bil-midfielder jikkonkludi fix-xibka bit-tieni xutt u jagħmel l-iskor indaqs.

Valletta b’ċans li jmorru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita meta minn korner ta’ Paiber, Enzo Ruiz jaqbeż għal daqqa ta’ ras, bil-konklużjoni tiegħu taħbat mal-minduda.

Fil-85 minuta daqqa ta’ ras ta’ Borg mill-kross mix-xellug ta’ Bruno jgħaddi ftit barra mill-lasti ta’ Guarnone.

L-aħħar 5 minuti intensivi għaż-żewġ timijiet, b’ Valletta jirnexxielhom jikkonsolidaw ir-riżultat missielet u jżommu t-tammiet ta’ salvazzjoni ħajjien.

Steve Borg jipprova jirbaħ il-ballun minn saqajn l-attakkanti ta’ Valletta (Ritratt: Joseph Galea)