Niġerjan ta’ 34 sena ġie kkundannat 24 sena ħabs wara li nstab ħati f’ġuri li stupra lil martu fejn kienet hemm perjodu li wettaq dan ir-reat meta hi kienet fi stadju avvanzat tat-tqala tagħha. Għaldaqstant b’sitt voti kontra tlieta il-ġurati sabu lir-raġel ħati ta’ l-aktar reat li jġorr piena mit-tmienja li kien qed jiffaċċa.
Huwa nstab ħati wkoll li stupra lil martu b’mod vjolenti, li sawwatha,ikkaġunalha feriti ħfief u abbużaha fejn heddidha wkoll li jekk titkellem kien se jitfagħha mill-gallarija għal isfel u li jekk tmur tagħmel rapport lill-Pulizija, dawn ma kienux se jemmnuha, peress li hi barranija u ma tħallasx taxxi.
Instab ħati wkoll li iżolaha f’dak li għandu x’jaqsam aċċess tal-flus u li ssekwestraha kontra r-rieda tagħha fejn kien isakkaraha f’waħda mill-kmamar tad-dar. Ir-raġel iżda ma nstabx ħati li ġiegħel lill-mara taħdem bħala prostituta, li tgħix mill-qligħ tal-prostituzzjoni, iżda nstabt ħati ta’ theddid fil-konfront tagħha, fosthom li heddidha li joqtolha.
Wara kważi ta’ sitt sigħat ta’ deliberazzjoni, l-ġurati ddaħħlu mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ftit qabel l-4pm tal-Ġimgħa biex jaslu għall-verdett. ir-raġel, li ismu u isem il-vittma ma jistax jissemma wara li l-ġuri nstema’ bil-magħluq, ma nsabx ħati biss b’sebgħa voti kontra tnejn li ġiegħel lil martu tipprostitwixxi ruħha. Huwa nstab ħati tal-akkużi kollha l-oħra bi tmien voti kontra wieħed.
Il-ġurati kienu ġew magħżula t-Tlieta qabel ma beda l-ġuri. Huma kienu jikkonsistu f’ħames nisa u erbgħa rġiel. Filwaqt mit-tlieta supplenti (ta’ riżerva) kien hemm mara u żewġt irġiel. Il-Ħamis, il-prosekuzzjoni għamlet is-sottomissjojijet tagħha dwar il-ġuri.
Hawn spjegat għaliex ir-raġel għandu jinstab ħati, filwaqt li l-Ġimgħa filgħodu, d-difiża, għamlet l-aħħar kontro replika tagħha lill-ġurati, wara li kienet hi li bdiet tagħti r-raġunijiet tagħha dwar għaliex fl-opinjoni tagħha l-akkużat għandu jiġi lliberat.
Wara s-sottomissjonijiet tal-partijiet, l-Imħallef Scerri Herrera indirizzat lill-ġurati għal madwar tliet sigħat fejn fehimthom x’għandhom jiżnu bħala provi u x’għandhom jiskartaw skont il-liġi. Mill-provi ħareġ li l-akkużat kien ġie arrestat f’Ġunju 2020 wara li l-mara kienet ressqet lill-pulizija fl-Għassa ta’ Ħal Luqa, il-lokalità fejn il-koppja kienet toqgħod dwar inċident ta’ vjolenza domestika.
Wara l-każ kien riferut għall-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-prosekuturi qalu li r-raġel kien ilu f’relazzjoni mal-vittma tiegħu sa mill-2013. Minn dak li qalet il-prosekzzjoni, t-telf tal-impieg tiegħu fl-2014 kien poġġa tensjoni fuq ir-relazzjoni tagħhom, peress li dak iż-żmien il-mara kienet ukoll tqila.
Il-Qorti semgħet li l-akkużat kien beda jwaħħal kemm fuq il-vittma kif ukoll fuq it-tarbija fil-ġuf tagħhom għall-problemi tal-familja, b’mod partikolari dawk finanzjarji. Għalkemm il-mara kienet bdiet tevita lill-imputat fis-sodda, huwa spiċċa biex stupraha f’Settembru tal-2014, u qalilha li “ma setgħetx tħallih mingħajr sess għax ma kienx kelb kastrat.” Dak iż-żmien hi kellha disa’ xhur tqila.
Huma żżewġu inqas minn sena wara, tlett ijiem biss wara li l-vittma welldet lil ibnu. Bosta każijiet ta’ stupru fiż-żwieġ segwew fis-snin ta’ wara. Il-Prosekuturi Darlene Grima u Kaylie Bonett irrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-avukat Simon Micallef Stafrace inħatar biex jassisti lill-imputat bħala avukat tal-għajnuna legali. Il-vittma spjegat kif iltaqgħet mal-akkużat fl-aħħar tas-sena 2013.
Fil-bidu r-relazzjoni tagħhom kienet b’xi mod pjaċevoli. Matul dan il-perjodu, l-akkużat staqsa lill-vittma jekk hix tixtieq tiżżewweġ lilu biex hi tikseb id-dokumenti tagħha, u mbagħad, wara li d-dokumenti kollha tagħha jkunu f’ordni, hi tkun ħielsa, u dawn jistgħu jgħixu b’mod separat. Il-vittma kienet aċċettat din il-proposta.
Anke wara ż-żwieġ, l-akkużat kien baqa’ jittratta ħażin lill-vittma, fejn ħass li martu, kienet b’xi mod obbligata li “taqdih”. Anke jekk il-vittma kienet tirrifjuta għal kollox li tagħmel sess miegħu, l-akkużat kien jkaxkarha sal-kamra tal-banju jew fil-kamra tas-sodda, biex jasal għal l-iskopijiet tiegħu, filwaqt li jsejjaħha b’isimha u jsawwatha.
Stupra lil mara għall-perjodu ta’ sitt snin
Imġieba bħal din kienet tiġri ta’ spiss, kull meta l-akkużat kien iħossu li jrid jagħmel sess, xi drabi l-akkużat kien ukoll ikun fis-sakra wkoll. Din l-imġieba, dik tal-akkużat, jiġifieri li stupra lil martu, baqgġet tirrepeti ruħha għal diversi snin, kważi sitt snin konsekuttivi, il-frekwenza tiddependi mill-aptit sikur tal-akkużat.
Kien matul il-lejl bejn 12 u t-13 ta’ Ġunju tas-sena 2020, wara li l-akkużat stupra b’mod vjolenti u bil-qawwa lill-vittma u sawwata wkoll ripetutament u kkawża il-ħsara fuq il-ġisem tagħha, li l-vittma rnexxielha taħrab u talbet l-għajnuna mill-Pulizija eżekuttiva, u eventwalment ġiet offruta pjan ta’ sigurtà.
Il-prosekuzzjoni qalet fl-2014, il-vittma ma kellha l-ebda ħbieb u l-ebda ħajja soċjali minħabba l-attitudni tal-akkużat lejha. Madankollu, kien hemm persuna, li kienet ħabib tal-akkużat, li ssuġġerixxa li l-akkużat għandu jġiegħel lil martu taħdem għall-flus minflok ma jitlob lill-ħbieb jisilfuh il-flus.
Meta l-akkużat staqsa lil martu, jekk riditx taħdem, hija aċċettat mill-ewwel. Il-Prosekuzzjoni saħqet li n-Niġerjan ħa lill-allegata vittma f’appartament f’Buġibba, u qalilha li issa setgħet tagħmel flus. Ir-raġel kellu madwar 70 sena, u hi ħasbet li ttieħdet hemm biex tnaddaf l-appartament tiegħu u b’hekk taqla’ xi flus.
L-Avukati tal-AĠ qalu li għalkemm il-mara kienet diġà tqila bl-ewwel wild tagħhom u għalkemm ma xtaqetx tagħmel dan l-att, ma kellhiex għażla oħra ħlief li tipprova tqalla l-flus lill-akkużat. Fil-fatt, dakinhar, hi qalgħet €40 minħabba l-laqgħa sesswali tagħha mar-raġel anzjan.
Dwar din l-akkuża iżda l-akkużat ġiet eżonerat. Il-ġurati ma sabux provi li dan l-att sar u li l-akkużat kien irrabjat ħafna mal-vittma, u qalilha li kien jistenna li ġġib id-dar mill-inqas €100 u spiċċa jgħid lil martu li hi kienet mara inutli. L-Avukat Lara Dimitrijev dehret għall-vittma.
//= $special ?>