Formula 1 Sport

Max Verstappen jibda jiddefendi t-titlu b’rebħa fl-ewwel Grand Prix fil-Bahrain

Iċ-champion Max Verstappen, sewwieq ta’ RedBull Racing, fetaħ l-istaġun 2024 b’rebħa fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun fil-Bahrain. SIeħbu tal-istess tim, Sergio Perez temm fit-tieni post, fi Grand Prix dominata minn RedBull. Verstappen kien fil-kontroll tat-tellieqa sa mill-ewwel dawra hekk kif temm 22 sekonda qabel Perez. Fit-tielet u r-raba’ post daħlu s-sewwieqa ta’ Ferrari Carlos Sainz u Charles Leclerc rispettivament, segwiti minn George Russell ta’ Mercedes.

Lando Norris fuq McLaren daħal fis-sitt post, b’Lewis Hamilton jiddiżappunta fis-seba’ post. Oscar Piastri temm fit-tmien post segwit minn Fernando Alonso u Lance Stroll, ta’ Aston Martin, fid-disa’ u l-għaxar post.