Lokali

Protesta kontra l-iżvilupp ta’ Evans building

Fi protesta paċifika fil-Belt Valletta, residenti Beltin esprimew id-diżappunt tagħhom dwar pjanijiet biex l-Evans Building jiġi żviluppat f’sit turistiku ġdid, filwaqt li lmentaw li l-bżonnijiet tal-komunità qed jitwarrbu favur interessi kummerċjali.

Net News attenda din il-protesta fejn matula kien hemm l-appell kontinwu lil Robert Abela biex jaħsiba sew dwar l-konċessjoni tal-privatizzazzjoni li għaddejja għal Evans Building u minflok jużaha għall-komunità Beltija.

Huma qed jissuġġerixxu li din il-binja għandha tintuża’ għal servizzi komunitarji tant meħtieġa bħal dar tal-anzjani, childcare, u faċilitajiet oħra relatati mal-komunità kif spjegatilna aħjar il-President tal-Għaqda mhux Governanttiva ‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’, Astrid Vella.


Matul din il-protesta ma ssemmiex biss l-Evans Building iżda indirizzaw diversi punti oħra li għal dawn l-aħħar snin kienu fuq fomm l-Beltin kollha. Fost dawn kien hemm l-istorbju esseġerat, il-problema tal-imwejjed mifruxin fit-toroq ewlenin, u n-nuqqas ta’ aċċessibilità għall-ambulanzi.

Ir-residenti saħqu kif jekk mhux ħa tittieħed azzjoni l-Belt ħa tispiċċa mitfuna taħt l-kummerċ u tintilef l-identità u l-kultura li għandha toffri, filwaqt li wissew ukoll lis-sindku biex jibda llum qabel għada jisma’ l-karba tar-residenti u mhux bħal qiegħed hemm biss għan-numru.

Għal din l-proseta kien hemm preżenti diversi assoċjazzjonijiet kif ukoll, fost l-oħrajn, il-kunsillier Nazzjonalista, Vince Fabri.