Ragel ta’ 65 sena ittieħed l-Isptar Mater dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.
Il-Każ seħħ għall-ħabta tal-17:20 fi Triq is-Santwarju meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu u kellu impatt mal-ħajt.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieq tal-vettura l-Isptar Mater Dei fejn ingħata l-kura meħtieġa. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għadejjin.