Futbol Sport

Rebħa dominanti għal Roma fuq Monza

(Ritratt: EPA)

Rebħa dominanti għal Roma barra minn darhom għand Monza bl-iskor ta’ 4-1. Roma fetħu l-iskor fit-38 minuta meta Romelu Lukaku sab lil Lorenzo Pellegrini b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibka għal 1-0. Erba’ minuti wara Roma għamluhom tnejn meta din id-darba kien Paolo Dybala li żmarka lil Lukaku bl-attakkant Belġjan jikkonkludi fix-xibka għal 2-0. Paolo Dybala għamilhom tleita fit-63 minuta b’ Leandro Paredes jagħmilhom 4-0 mill-ħdax-il metru fit-82 minuta. Gowl ta’ konsolazzjoni għal Monza fis-87 minuta permezz ta’ Andrea Carboni.

Draw ta’ 1-1 bejn Udinese u Salernitana. Salernitana fil-vantaġġ fl-10 minuta b’gowl ta’ Loum Tchaouna b’Hassane Kamara jikseb il-gowl tad-draw fi tmiem l-ewwel taqsima.

SERIE A

Illum: Udinese v Salernitana 1-1, Monza v Roma 1-4, Torino v Fiorentina 0-0
Għada: Verona v Sassuolo 12.30pm, Empoli v Cagliari 3.00pm, Frosinone v Lecce 3.00pm, Atalanta v Bologna 6.00pm, Napoli v Juventus 8.45 pm