Rebħa drammatika għal Liverpool barra minn darhom kontra Nottingham Forest, bil-gowl tar-rebħa jkun skorjat fl-aħħar minuta tal-partita. It-tim immexxi minn Jurgen Klopp kien destinat għal draw ta’ 0-0 kontra Nottingham Forest, iżda fit-98 minuta, minn cross ta’ Alexis Mac Allister kien Darwin Nunez li bi-ras xeħet fix-xibka u tefa’ l-partitarji ta’ Liverpool f’dillirju ta’ ferħ, għal skor finali ta’ 1-0. B’hekk Liverpool żammew il-vantaġġ momentarju f’ras il-klassifika għal 63 punt.
Fit-Tottenham Stadium, rimonta għal Tottenham kontra Crystal Palace għal skor finali ta’ 3-1. Crystal Palace marru fil-vantaġġ fid-59 mintua b’gowl ta’ Eberechi Eze. Ir-rimonta ta’ Tottenham bdiet fis-77 mintuta b’Timo Werner jikkonludi fix-xibka minn cross ta’ Brennan Johnsin. Huma marru fil-vantaġġ fit-80 minuta b’gowl ta’ Cristian Romero, qabel fit-88 minuta kien Heung Min Son li assigura mir-rebħa bit-tielet gowl.
Chelsea miżmuma fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom għand Brentford. Kienu Chelsea li fetħu l-iskor fil-35 minuta minn Nicolas Jackson, qabel kien Mads Roerslev, li fil-50 minuta kiseb id-draw għal Brentford. It-tim immexxi minn Thomas Frank fil-vantaġġ fid-69 minuta minn konlużjoni spettakolari akrobatika ta’ Yoane Wissa għal 2-1. Madanakollu, Chelsea kisbu d-draw fit-83 minuta permezz ta’ Axel Disasi.
Xi ftit tan-nifs għal Eddie Howe, hekk kif Newcastle għelbu lil Wolves bl-iskor ta 3-0. Huma fetħu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’gowls ta’ Alexander Isak u Anthony Gordon, qabel fit-92 minuta kien Tino Livramento li għamel l-iskor 3-0.
PREMIER LEAGUE
Illum: Brentford v Chelsea 2-2, Everton v West Ham 1-3, Fulham v Brighton 3-0, Newcastle v Wolves 3-0
Nott Forest v Liverpool 0-1, Tottenham v C’Palace 3-1, Luton T. v Aston Villa 2-3
Għada: Burnley v Bournemouth 2.00pm, Man City v Man Utd. 4.30pm
It-Tnejn: Sheff. Utd v Arsenal 9.00pm