Seba’ ostaġġi li kienu qed jinżammu f’Gaza mietu matul il-jum tal-Ġimgħa, waqt il-bombardamenti tal-Iżraeljani fuq il-konvoj tal-ikel f’Gaza.
Dan ġie żvelat mill-grupp Ħamas, li akkużaw lill-Iżralejani li qatlu lil dawn l-ostaġġi flimkien ma’ numru ta’ suldati.
Dan kollu jiġi wara li l-Ħamas ħadu 253 ostaġġ lura fis-7 ta’ Ottubru, bl-Iżrael jirritaljaw b’attakki fl-ajru u fuq l-art. Dan filwaqt li lura f’Novembru, il-Ħamas ħelsu 105 ostaġġ wara ftehim ta’ waqfien mill-ġlied temporanju, bil-patt u l-kundizzjoni li jinħelsu 240 Palestinjan mill-Iżraeljani.
L-ostaġġi meħlusa, huma wieħed mill-miri ċentrali tad-diskussjonijiet fuq il-waqfien mill-ġlied fil-Qatar, fejn qed jiġi diskuss il-waqfien mill-ġlied għal ftit żmien sabiex jinħelsu l-ostaġġi. Bin-nisa, u s-suldati jkunu l-ewwel li jinħelsu. Dan kollu bi ftehim li l-Palestinjani li jinsabu l-ħabs fuq akkużi terroristiċi jinħelsu mill-ħabs Iżraeljan.
Intant, wara l-attakki fuq il-konvoj tal-ikel u l-qtil tas-seba’ ostaġġi f’Gaza, issa hemm biża’ li d-diskussjonijiet fil-Qatar jisfaw fix-xejn.
Il-Ġimgħa, il-President Amerikan Joe Biden stqarr illi l-Istati Uniti se tkun qed tieħu sehem fl-għoti tal-ikel mill-ajru f’Gaza, filwaqt li tenna li bħala pajjiż determinati li jagħmlu iżjed. Dan jiġi wara li l-Ħamis, ajruplani mill-Jordan niżżlu 33 tunnellata ta’ għajnuna medika u ikel f’Gaza.
//= $special ?>