Internazzjonali

Tmut l-ikona tal-moda Iris Apfel fl-eta ta’ 102 sena

Ritratt: BBC News

Tmut l-ikona tal-moda, Iris Apfel fl-eta ta’ 102 sena.

Iris Apfel mwielda fi Queens New York, hija sinonima max-xagħar abjad qasir u n-nuċċali kbir li tilbes.

Apfel hija magħrufa għax-xogħol tagħha fix-xena tal-moda, fejn kienet tagħmel id-disinji ta’ diversi lbies u li laħqet il-qofol fil-karriera tagħha fis-snin 80 u 90. Dan apparti li kienet magħrufa ukoll għas-snin li għamlet fl-industrija tal-moda fi Franza.

L-aġent tagħha ddeskriviha bħala persuna viżjunarja f’kull sens tal-ħajja li kienet tħares lejn id-dinja bħala kanvas. Bid-diżinjatur Tommy Hilfiger isejjħila innovatur fid-dinja tal-istil, filwaqt li tenna jgħid li se tkun qed titniżżel fl-istorja tal-moda.