Il-Kap tal-PN Bernard Grech ikompli l-ħidma tiegħu fil-lokalitajiet, hekk kif it-Tnejn filgħaxija żar esebizzjoni mtella’ mill-każin tal-banda Peace fin-Naxxar.
L-esebizzjoni mtella’ matul din il-ġimgħa, ttellgħet wara rinovar fl-intrata u t-taraġ prinċipali tal-każin, bil-proġett finanzjat parzjalment mill-Unjoni Ewropea.
Fil-wirja wieħed jista’ jara artifatti relatati mal-istorja tan-Naxxar, kif ukoll mal-istorja ta’ Malta. Dan apparti artifatti relatati ukoll mal-festa tal-patruna tan-Naxxarin, Marija Bambina.
Fl-esebizzjoni mtella’ mis-Soċjetà Mużikali Peace, li bdiet lura fl-1862, bil-banda tal-istess soċjeta bl-isem ta’ ‘Melita’ kienu esebiti ukoll dokumenti amministrattivi, mużika, u minuti tal-laqgħat antiki li kienu jsiru lura fis-snin tmenin. Dan minbarra l-artal portabbli bil-pitturi ta’ Antoine De Faure.
Fin-Naxxar il-Kap tal-PN faħħar id-dedikazzjoni u x-xogħol tal-kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, b’mod speċjali lill-President tas-Soċjetà Edward Azzopardi…tad-dedikazzjoni sabiex issir din il-wirja b’dokumenti li juru elementi tal-istorja tas-soċjetà mużikali.
Is-Soċjetà Mużikali Peace, bdiet lura fl-1862, bil-banda tal-istess soċjetà bl-isem ta’ ‘Melita’, taħt it-tmexxija tal-ewwel President tas-soċjetà il-Markiż Vincenzo Buġeja, u Surmast Direttur C.Mosaca li żamm din il-kariga għal 10 snin sħaħ.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien hemm ix-Shadow Minister u Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar, u x-Shadow Ministers Graziella Galea, Ivan J. Castillo u Claudette Buttiġieġ, kandidati għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kif ukoll kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>