Hekk kif il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qed tħejji għas-smigħ ta’ din il-ġimgħa (IlĦamis 7 ta’ Marzu) fuq id-deroga paraventu tar-‘riċerka xjentifika’ dwar lgħasafar tal-għana fil-“Kawża C-23/23 Il-Kummissjoni Ewropea v Ir-Repubblika ta’ Malta”, BirdLife Malta ssottomettiet rapport dwar is-sejbiet li għamlet u dak li
esperjenzat tul l-aħħar deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana bejn Ottubru u Diċembru 2023.
Matul dan il-perjodu BirdLife Malta osservat b’mod sistematiku numru ta’ mnasab sabiex tifhem aħjar l-impatti ta’ din id-deroga tal-insib taħt l-iskuża ta’ eżerċizzju ta’ ‘riċerka xjentifika’.
B’aktar minn 2,600 mansab għall-għasafar tal-għana rreġistrati tul il-ħarifa li għaddiet, fieldwork li wettqet BirdLife Malta żvela kif saħansitra numru akbar ta’ mnasab kienu qed jitħaddmu illegalment, bi wħud minnhom jiġu rreġistrati matTaqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) wara li ġew irrappurtati lill-pulizija. Imnasab tal-għasafar tal-għana li kienu rreġistrati skont il-liġi wkoll kienu osservati jabbużaw mill-kundizzjonijiet tad-deroga, bl-għasafar tal-għana jinqabdu u jinżammu fil-każi kollha.
Il-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta Nicholas Barbara qal: “B’sempliċi estrapolazzjoni, konservattiva ferm, ta’ dak li rajna, nistmaw li matul l-aħħar staġun mill-inqas 51,400 għasfur tal-għana nqabdu fi mnasab awtorizzati, liema għasafar ġew miżmuma min-nassaba minflok ġew meħlusa kif suppost. Dan innumru tasal għalih jekk tassumi li kull mansab qabad mill-inqas għasfur kuljum, anke jekk tikkalkula li 30 ġurnata biss mill-istaġun twil 61 jum kienu tajbin għallinsib. Minn dak li osservajna, in-nassaba rnexxielhom jaqbdu 65% tal-għasafar tal-għana li niżlu fl-imnasab, bil-kumplament tal-għasafar jirnexxilhom jaħarbu.
Fil-każi kollha tal-għasafar maqbuda, madanakollu, dawn qatt ma nħelsu. Dan huwa ’l bogħod ħafna minn kwalunkwe attività ta’ riċerka xjentifika li suppost għandha l-għan li tilħaq id-deroga.” Ma’ din l-istqarrija qed nippubblikaw dawn ilfilmati li jipprovdu evidenza ta’ dan.
Ir-rapport jgħid ukoll li anke li kieku fit-teorija għasfur maqbud minn nassab tul din id-deroga kellu jinħeles, il-probabbiltà li dan l-għasfur jerġa’ jinqabad f’mansab ieħor xorta tibqa’ waħda għolja meta tqis l-istress fuq il-passa u l-impatt negattiv li jikkawżaw aktar minn 2,600 mansab attiv tal-għasafar tal-għana. Matul l-aħħar staġun in-nassaba rnexxielhom jirrappurtaw li qabdu biss 30 għasfur bi ċrieket minn pajjiżi oħra, waqt li fl-istess ħin qerdu mill-inqas 51,400 għasfur li ttieħdu mis-selvaġġ. Dan juri kemm din id-deroga mhux biss hija qarrieqa u paraventu għall-insib illegali, imma hija wkoll qtil mhux ġustifikat li ma rnexxielu jwassal għall-ebda data xjentifika notevoli.
BirdLife Malta wriet ukoll kif matul l-aħħar snin din id-deroga instigat aktar kummerċ illegali tal-għasfar tal-għana, b’eluf minn dawn l-għasafar jiddaħħlu Malta bil-kuntrabandu minn Sqallija biex jintużaw bħala għasafar tat-taħrik.
Filmati li xxandru dan l-aħħar fil-midja lokali juru l-miżerja u l-krudeltà orribbli li jgħaddu minnha dawn l-għasafar tal-għana meta jinżammu f’gaġeġ żgħar jew jintrabtu fl-imnasab biex jittajru ’l hawn u ’l hemm bħala lixka ħalli jattiraw għasafar tal-għana oħra li jkunu qed ipassu sabiex dawn ukoll eventwalment jgħaddu mill-istess destin kiefer. Ara dawn il-filmati hawnhekk.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana sostna: “Aħna fiduċjużi li lKummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se jwaqqfu din id-deroga tal-insib darba għal dejjem. Minbarra li jwaqqa’ x-xjenza għaċ-ċajt, l-insib għallgħasafar tal-għana – li huma protetti madwar l-Ewropa kollha – imur kontra dak li ġie miftiehem fit-Trattat ta’ Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, minbarra li jikser ukoll id-Direttiva Ewropea dwar l-Għasafar u jmur ukoll kontra s-sentenza storika tal-2018 li biha l-Qorti Ewropea kienet sabet lil Malta ħatja li kisret il-liġi Ewropea meta ppermettiet li jerġa’ jinfetaħ staġun tal-insib għall-għasafar tal-għana.”
//= $special ?>