Lokali Parlament

Għal Robert Abela, kulħadd hu responsabbli barra hu


Adrian Delia, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna fil-parlament li għall-Prim Ministru Robrt Abela, kulħadd hu responsabbli minbarra hu.


Adrian Delia li l-gvern Laburista ipprova jinganna dwar diversi fatti. Il-Prim Ministru kien qed jinganna meta qal li l-inkjesta pubblika tfixkel inkjesta maġisterjali; dan stabbilietu l-inkjesta. Hu sostna li l-Prim Ministru pprova jinganna għaliex ried jaħbi l-operat tal-awtoritajiet.


Adrian Delia qal li l-Prim Ministru ma riedx li l-pajjiż jieħu tagħlimiet minn din it-traġedja u ried li l-iżbalji jitgħattew, jintefgħu taħt it-tapit bil-konsegwenza li jkun hemm fatalitajiet oħra.


Hu tkellem dwar il-Malta Enterprise u l-INDIS u qal li l-qrati diġà sabu li fost l-oħrajn, dawn kienu kompliċi fl-ikbar frodi li qatt seħħ fuq il-poplu; il-korruzzjoni tal-isptarjiet. Il-qrati sabu nuqqsaijiet kbar fl-INDIS. Ix-xhieda qalu li kull ma kienu jagħmlu kien li jagħmlu r-rubber stamping għal dak li jkun għamel xi ħadd ieħor bla ma jindagaw.


L-inkjesta daħlet fid-dettall u għalhekk stabbiliet li kien hemm commedy of erros. L-inkjesta stabbiliet li li l-Malta Enterprise ma jmissha ħarġet il-letter of intent biex isir dan il-proġett għaliex il-proposta tal-investituri kellha nuqqasijiet kbar f’kull aspett.


L-iskrutinju kien irregolari, diżrispettuż, inkompetenti, bla reqqa u ma kellu qatt jitressaq quddiem l-Investment Committee tal-Malta Enterprise. Dan il-kumitat kien superfiċjali, qalet l-inkjesta, li kompliet li qatt ma kellu japprova dan il-proġett f’Kordin.


Dwar l-INDIS, Adrian Delia qal li l-inkjesta stabbiliet li din l-entità ma wettqitx l-obbligi tagħha u għalqet għajnejha għax ma taw każ xejn. Dan meta dawn suppost li kienu qed jieħdu ħsieb l-art tal-poplu.
Dwar ir-responsabbiltajiet, l-inkjesta qalet li għandu jkun l-Istat responsabbli waqt li l-Prim Ministru, bħala Kap tal-Istat, għandu jassumi responsabbiltà. Skont il-Prim Ministru kulħadd hu responsabbli minbarra hu, sostna Adrian Delia.