Tliet ġinnasti mill-klabb lokali Ritmica Malta ħadu sehem fit-30 Edizzjoni ta’ Miss Valentine Tartu Grand Prix fl-Estonja. Il-belt ta’ Tartu hija il-Belt Ewropea għal Kultura għall-2024.
Chezonelle Georgette Azzopardi,fil-klassi 2012A fil-hoop u l-ballun kisbet total ta’ 30.350 punt. Fil-klassi 2010A, Lauren Agius fil-hoop, ballun u clubs kisbet total ta’ 50.200 punt filwaqt li Therese Amelie Vassallo fil-klassi 2009A għalqet b’51.217 punti meta ħadet sehem bil-hoop, ballun u clubs.
B’kollox din il-kompetizzjoni attirat aktar minn 400 ġinnasta minn 45 pajjiż fosthom Estonja, Fillandja, Stati Uniti, Kanada, Litwanja , Latvija , Ukrajna, Korea, Żvezja, Bulgaria, Ingliterra, Skozja, Wales u Tajlandja.
Il-ginnasti kienu preparati għal din il-kompetizzjoni mill-kowċis ta’ Ritmica MALTA u d-direttur tal-klabb Elena Vella li akkumpanjat il-kontinġent fl-Estonja.
Il-parteċipazzjoni ta’ Ritmica Malta kienet taħt l-awspiċi tal-Malta Gymnastics Federation.



