Ir-raġel li kixef l-iskandlu ta’ korruzzjoni tas-sewqan fi Transport Malta (TM) qal fil-Qorti li Clint Mansueto, Direttur ta’ TM kien iġiegħlu jgħaddi persuni fit-testijiet tat-teorija tal-liċenzji tal-vetturi u jgħidlu li jekk ma jimxix ma’ l-istruzzjonijiet tiegħu kien se jispiċċa mkeċċi.
Mansueto qallu wkoll li kellu pressjoni mill-Ministru Ian Borg, fi żmien li dan kien Ministru responsabbli mit-Trasport biex jgħaddi lil ċerti kandidati. Qal li Mansueto kien qallu li hemm kandidati li kellhom jgħaddu bilfors li dawn kienu jaħdmu f’villa ta’ Ministru, iżda Mansueto qatt ma kien semmielu dan min kien. Qal ukoll li parti mill-ħlas li suppost kellu jieħu tax-xogħol li kien jagħmel bħala traduttur, kienu jieħdu l-istess Mansueto.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-whistleblower fejn minkejja li ma hemmx ordni mill-Qorti biex ismu ma jissemmiex, ismu mhux qed jiġi pubblikat għall-protezzjoni tiegħu stess. Il-whistleblower kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello permezz ta’ video conference fil-kumpilazzjoni ta’ tliet uffiċjali ta’ Transport Malta, li qed jiġy akkużati b’tixħim fit-testijiet tas-sewqan.
It-tliet uffiċjali huma Clint Mansueto ta’ 41 sena, Raul Antonio Pace ta’ 36 sena u Philip Edrick Zammit ta’ 24 sena. Huwa allegat li fil-mobile tiegħu nstabu messaġġi li jindikaw persuni li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan.
Minn xhieda preċedenti ħareġ li l-Pulizija fittxew fl-uffiċċju ta’ Mansueto fi Transport Malta u sabu żewġ djarji b’ismijiet ta’ nies u dati ta’ testijiet tas-sewqan. Mix-xhieda tal-whistleblower ħareġ ukoll li eventwalment kien spiċċa mill-impieg meta mar jirraporta persuna li eventwalment spiċċat akkużata ma’ Mansueto, li kien qed jagħmel it-testijiet lil numru ta’ kandidati bil-lingwa Għarbija, meta ma kienx jaf kelma bl-Għarbi.
Ix-xhud qal li huwa kien pprovda servizzi ta’ interpretu lil kandidati tat-test tas-sewqan li jitkellmu bl-Għarbi, il-Franċiż, it-Taljan u l-Ebrajk fi Transport Malta, fejn kien qal diġa li uffiċjal tal-istat ta’ grad għoli fil-palazz Presidenzjali kien wissih biex joqgħod attent, għax kien qed jilgħab man-nar u setgħu jagħamlulu bħal ma għamlu lil Daphne Caruana Galizia.
Kien diġa’ ħareġ ukoll li l-whistleblower, li kien ilu jgħix Malta mill-2006, kien sar familjari sew ma’ uffiċjali għolja fil-Partit Laburista, kiseb il-fiduċja tagħhom u stabbilixxa ruħu fl-istrutturi tal-partit. Kien jintalab jorganizza laqgħat bejn gruppi ta’ nies u “l-ogħla uffiċjali” tal-partit, li dak iż-żmien kien għadu fl-Oppożizzjoni, u jiġbor donazzjonijiet għall-istess partit.
Fil-bidu tax-xhieda tiegħu l-whistleblower, l-unika xhud tal-ġurnata qal li kien ġie Malta fis-26 Novembru 2006 u dam fil-pajjiż għal 15-il sena. Tenna li kien jagħmel xogħolijiet ma’ Transport Malta, l-ewwel xogħol interpretu ma’ TM u kien jagħmel dan taħt ġurament. Huwa kien beda jagħmel dan ix-xogħol lejn l-aħħar ta’ Novembru 2015 sa Settembru 2020.
Tenna li l-proċedura kienet li jibgħatulu emails xi ġimgħa jew 15-il ġurnata qabel bil-lista ta’ dawk li huma kandidati għal eżami u l-lingwi tagħhom. “Kont nirrispondihom jekk nista’ nagħmel dan ix-xogħol”. Mansueto Clint jew Raul jew Zammit. Ċertu Pace kien jibgħatlu l-lista tal-kandidati li kienu se jagħmlu l-eżami.
Tenna li hu kien jitħallas skont il-kategorija, u li kien hemm tliet kategoriji. Kien jieħu madwar 60 ewro għal kull eżami għal liċenzja tat-teorija imm fejn jidħlu trakkijiet u karozzi tal-linja kien jieħu 90 ewro. Kien hemm kategorija oħra fejn il-ħin kien idum mad-90 minuta, dejjem fuq vetturi heavy duty, li tagħhom il-ftehim kien li jieħu 90 ewro. Tenna li kemm dam hemm il-ħlas baqaż l-istess, jiġifieri – mill-2015 u l-2020.
Dwar kif kien jitħallas qal li kien fetaħ kont mal-BOV u taha n-numru tal-kont lil TM lil ċerta Caroline Micallef u jidħlulu l-flus fil-kont. Il-maġġoanza kien permezz ta’ ‘bank transfer’ iżda ġieli tħallasi ukoll biċ-ċekkijiet.
Tenna li kien jagħti lista tax-xogħol li jagħmel u invoice u li normalment dawn kien iħallihom fir-reception Fuq xi nuqqasijiet minn naħa tal-istaff ta’ TM. beda jkun hemm ħafna ordnijiet tas-sistema, ta’ kif kellu jsir ix-xogħol.
Tenna li beda jinnota li dan kien beda jseħħ lejn Lulju 2020. Clint Mansueto beda jippredkalu u jagħmillu pressjoni biex ċerti nies jgħaddihom mit-test u biex jgħinu sabiex jagħtu risposti korretti. “Kien iċempilli jew jibgħatli messaġġ. Ejja malajr l-uffiċċji tiegħi għax irrid inkellmek.
“Kien jagħtini lista ta’ ismijiet ta’ persuni, u ta dawn li kellhom jgħaddu bilfors kont jitħallas għalihom mingħajr invoice. Kien hemm ukoll il-proċedura li dawn il-kandidati ma jidhrux fuq il-lista tal-accounts tat-TM,” qal ix-xhud.
Tenna li Clint Mansueto kellu żewġ mobiles, li kien jużaha. u li kien ikollu jsib ħin biex imur jara xi jrid fl-uffiċċju tiegħu wara xi telefonati jew jibgħat SMS. Kien ukoll jagħlaql-uffiċċju tiegħu u anke kien jgħid lin- nies joħorġu mill-uffiċċju biex ikunu waħedhom. Kien jgħidlu mbagħat fuq dawk il-kandidati li għandu isimimhom. “Dawn iridu jgħaddu għax jien taħt pressjoni minn nies ‘high up’ u dan bil-fors iridu jgħaddu dawn il-kandidati”.
Huwa qal li fuq il-ħlasijiet dejjem kien inaqasslu l-ammonti ta’ żewġ kandidati għal liċenzji ta’ dawk li kellhom jgħaddu anke jekk ma jafux xejn, kien hemm tliet okkażjonijiet fejn flok 180 ewro kien tah 150 biss, kien hemm okkażjoni wkoll fejn il-kandidat ħallas 200, u Clint Mansueto qallu li se jagħtih 150 ewro u jżomm għalih 50 ewro. Kien jgħidlu, qiesni qed naqtalek it-taxxa.
Dawn ġraw bejn Lulju u Settembru u li kull darba Mansueto kien ikellmu fuq il-ħafna pressjoni li kellu. Tenna li kien hemm raġel mill-Paksitan ieħor mill-Albanija. Dak mill-Pakistan suppost kien jifhem bl-Għarbi u tal-Albanija suppost kien jaf bit-Taljan, imma ma kienu jifhmu bl-ebda lingwa.
Mansueto kien sfurzah biex jgħaddihom min biex ikun jista’ jivvota lil Ian Borg Ministru tat-Trasport. Qallu wkoll li Albaniż u xi Għarab oħragħax kienu jaħdmu fil-villa ta’ xi Ministru, li pero ma qallux min kien il-Ministru.
Dawn in-nies huwa kien għaddihom. Kieku ma jgħaddihomx kien iwaqqfu mix-xogħol u jivvendika ruħu minnu. Tenna li kien hemm oħrajn li tkeċċew għax ma riedux joqgħodu għal dak li kien iġiegħlhom jagħmlu Mansueto.
Mistoqsi dwar x’wassal biex jiġi terminat l-impieg tiegħu, x-xhud qal li fit-23 ta’ Settembru, ħa żball fil-kalendarju u bi żball mar l-Blata l-Bajda biex jagħmlu testijiet proviżorju għax il-post fejn kienu jsiru l-eżamijiet qabel kien waqa’.
Hemm kien sab lil sab lil Philip Edrick Zammit u grupp ta’ Għarab, fejn Zammit kien qed jagħmillhom tradizzjoni għal Għarbi, meta ma jafx kelma bl-Għarbi. Kien hemm ieħor miehħu u xi erba’ oħra jistennew għal eżami.
“Meta rajt l-affarijie għaddejjin, ma flaħtx kemm moralment u anke legalemt u l-għada mort inkellem lil Mansueto u qallu kif jista’ jkun li Zammit kien qed jagħmel xogħol ta’ traduttur u mhux kwalifikat, kien hemm li Mansueto waqqfu għax ħassu li kien ta’ theddida għalih. Il-konro eżami tal-whistleblower se fis-seduta li jmiss, fl-10 April f’12pm.
Lejn l-aħħar tas-sedua l-Avukat Joe Giglio li qed jidher għal Pace qal lill-Qorti li x-xhud fl-ebda ħin ma semma lil Pace, li dan kien skrivan ma’ TM u li dan xogħlu kien li jgħaddi xi file minn post għal ieħor. Dan qal Dr. Giglio, jinsab fl-iżbarra, akkużat u min qed jammetti li kien jgħaddi persuni mill-eżamijiet meta ma kienux kapaċi baqgħu ma ttieħdu l-ebda passi kontrihom.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Abigail Caruana Vella mil-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Wayne Borg, għal Mansueto qed jidhru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri, għal Zammit qed jidher l-Avukat Herman Mula filwaqt li għal Pace qed jidher l-Avukat Joe Giglio. L-Avukat Jason Azzopardi deher għal whistleblower.
//= $special ?>