Lokali Parlament

Il-gvern issa jrid jgħaġġel fuq riforma li kellu obbligu jagħmilhom snin ilu


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li l-gvern issa jrid jgħaġġel fuq riforma li kellu obbligu jagħmilhom snin ilu.


Janice Chetcuti qalet li l-ġentiuri ta’ Jean Paul Sofia kienu alruwisti u dawru l-ugigħ f’trija ta’ mħabba biex permezz ta’ din it-telfa ssir pressjoni enomri biex din l-esperjenza ma terġax isseħħ jekk possibbli.


Hi qalet li ħadd mid-deputati Laburista ma kellu l-kuraġġ li jħares lejn il-famlja ta’ Jean Paul Sofia meta dawn marru l-parlament fil-vot dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex issir inkjesta pubblika.


Dakinhar il-gvern ivvota kontra iżda l-kuxjenza tal-Oppożizzjoni kienet fuq in-aħa tas-sewwa. L-Oppożizzjoni vvutat favur ixxewqa tal-familjari ta Jean Paul Sofia, sostneit id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-ġenituri ta’ Jean Paul riedu li permezz tal-esperjenza tagħhom jagħtu tifsira oħra lill-mewt ta’ binhom u riedu li ħadd ma jgħaddi mill-istess tbatija li għaddew minha huma.


Janice Chetcuti kompliet li l-inkjesta sabet lill-Istat responsabbli tal-mewt ta’ Jean Pawl Sofia u żiedet li issa fi ftit żmien, il-gvern irid jirranġa s-sitwazzjoni u n-nuqqasijiet kollha fi ftit żmien.