Il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Kamala Harris, enfasizzat li l-poplu Palestinjan f’Gaza litteralment qed imut bil-ġuh b’konsegwenza tal-gwerra bejn il-grupp Ħamas u l-qawwiet ta’ Iżrael.
Hi appellat biex l-Iżraeljani jżidu t-trasport tal-għajnuna lejn Gaza b’mod sinifikanti u fost l-insistenza għal waqfien mill-ġlied li jippermetti wkoll għall-ħelsien tal-ostaġġi miżmuma mill-Ħamas.
Fl-aħħar sigħat, intant, l-Iżraeljani ma attendewx għat-taħditiet fl-Eġittu li kapaċi jwasslu għal waqfien mill-gwerra. Dan meta Iżrael akkuża lil Ħamas b’li qed iżomm lura milli jipprovdi lista tal-ostaġġi Iżraeljani li għadhom ħajjin.
Intant, in-negozjaturi tal-Ħamas u l-medjaturi mill-Istati Uniti u l-Qatar mistennija jkomplu bin-negozjati għal waqfien mill-ġlied f’Gaza, u fost l-inkwiet dwar katastrofi umana ġdida fl-artijiet iffullati bil-Palestinjani disprati.
//= $special ?>