David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius sostna fil-parlament li l-mewt ta’ Jean Paul Sofia hi tort tal-korruzzjoni.
David Agius qal li dan hu wieħed mill-agħar mumenti ta’ diskussjoni fil-parlament propju mimħabba li dak li seħħ fit-traġedja ta’ Jean Paul Sofia. Hu appella biex il-parlament kollu jaħdem flimkien biex ikunu evitati inċidenti bħal dak li fih miet Jean Paul Sofia.
Hu sostna li l-mewt ta’ Jean Paul Sofia hi riżultat tal-korruzzjoni u hi xokk kollettiv għall-pajjiż. Ix-xokk kompla jikber meta kienet pubblikata l-inkjesta; liema inkjesta l-gvern Laburista ma ridiex.
David Agius sostna li r-rapport tal-inkjesta għandu jwassal għal bidliet f’diversi setturi partikolarment fis-settur tal-industrija tal-kostruzzjoni. L-Oppożizzjoni reġgħet ingħata raġun bir-rapport tal-inkjesta, sostna David Agius, li qal li dan ir-rapport sab numru ta’ skandli fejn numru ta’ persuni li jmexxu l-awtoritajiet spiċċaw jħalu affarijiet isiru.
Id-deputat Nazzjonalista qal l-Prim Ministru reġa’ fetaħ l-uġiegħ tal-ħaddiema tat-tarzna meta semma’ l-ispluzjoni tal-Um El Faroud fl-1995 iżda anki hawn il-Prim Ministru kien skorrett.
Dan għaliex, kontrarjament għal dak li qal Robert Abela, dik l-inkjesta dwar it-traġedja tal-Um El Fafoud kienet waħda marittima u miftuħa u fiha kienet it-Tarzna li nstabet ħatja tal-isplużjoni u mhux il-gvern. Il-Prim Ministru jinsab dahru mal-ħajt u qed jattakka lil kulħadd.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-affarijiet iridu jinbidlu f’setturi ta’ awtoritajiet regolatorji anki minħabba l-fatt li wara l-kroll tal-bini f’Kordin, xorta baqa’ ma sar xejn.
David Agius sostna li l-gvern ma jridx jerfa’ r-responsabbiltà u appella biex il-mentalità li kollox jgħaddi tispiċċa. Hu semma’ d-diversi każi ta’ korll ta’ postijiet fosthom il-post fejn mietet Miriam Pace iżda l-Prim Ministru jibqa’ jgħid li m’għandux jerfa’ responsabbiltà.