Lokali Parlament

Ir-responsabbiltà ma tieqafx mal-aspett amministrattiv iżda testendi f’dik politiku


Ryan Callus, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li r-responsabbiltà ma tieqafx mal-aspett amministrattiv iżda tmur f’dik politika.


Ryan Callus qal li mhu jara l-ħeġġa mill-gvern biex l-affarijiet jinbidlu u tkellem dwar diversi rakkomandazzjonjiet li saru fl-inkjesta pubblika.


Hu sostna li importanti li l-kuntratturi jkunu liċenzjati u tkellem fuq l-importanza li l-ħaddiema fil-kostruzzjoni jkollhom l-iskills card.


Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-każi fejn ħaddiema barranin jintbagħtu fuq il-lant tax-xogħol bla ma jkollhom il-ħiliet u ftit wara li dawn ikunu waslu f’Malta.


Id-deputat Nazzjonalista qal li hemm problema kbira fuq it-taħriġ tal-ħaddiema fil-kostruzzjoni u sostna li jeħtieġ ikun hemm il-konfermi li verament il-ħaddiema qed imorru għall-korsijiet neċessarji. Hu tkellem fuq l-importanza li ma jkuxn hemm professjonisti fuq diversi bordijiet regolatorji li b’xi mod ikunu qed jipprattikaw fl-industrija tal-kostruzzjoni.


Hu qal li donnu li fil-postijiet ta’ kostruzzjoni ħadd mhu responsabbli mis-saħħa u s-sigurtà. Issa l-Prim Ministru qed jgħid li se jsir free-phone 24 siegħa kuljum iżda dan żgur li mhxu biżżejjed jekk ma jkunx hemm ir-riżorsi meħtieġa u l-azzjoni.


Il-bażi tal-inkjesta kollha kienet li ma kienx hemm sigurtà f’setturi fejn kulħadd tħalla jagħmel li jrid għax l-awtoritajiet ma jsegwux u wħud mill-kuntratturi huma cow-boys. F’Malta ma taħdimx is-sistema li l-kuntratturi jirregolaw lilhom innfushom.


L-inkjesta titratta wkoll l-aġenzija Identità u stabbiliet li din l-aġenzija m’għandhiex tkun biss timbru iżda għandha tassigura li jsiru l-iskrutinji kollha dwar il-ħaddiema li jkunu ġejjin ġodda fil-pajjiż biex jaħdmu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-inkjesta qalet li hemm bżonn ta’ konsolidament tal-awtoritajiet u qed tissuġġerixxi li jkun hemm awtorità waħda li jkollha l-kompetenza sħiħa tas-settur tal-kostruzzjoni. Fil-pajjiż hawn wisq entitajiet u awtoritajiet li għandhom responsabbiltajiet li jidħlu fuq xulxin.


Jeħtieġ li tibda tintuża t-teknolġija artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni biex b’hekk ikunu evitati inċidenti għaliex l-intelliġenzja artifiċjal tindika minn qabel meta jkun se jsir inċident.


Ryan Callus tkellem fuq ir-responsabbiltà politika u qal li kien faċli għall-gvern biex jipprova jwarrab ir-responsabbiltà politika.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni se tressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-ministri Miriam Dalli, Stefan Zrinzo Azzopardi u Silvio Schembri li kienu responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet skont kif indikat l-inkjesta u qal li hemm żewġ deputati Labruisti li issa ammettew li kienu għamlu żball meta vvutaw kontra li ssir inkjesta pubblika. Ir-responsabbiltà politika ma tistax tieqaf mar-responsabbitajiet amministrattivi, sostna d-deputat Nazzjonalista.