Lokali Parlament

Jeħtieġ ir-riżenji ta’ min hu responsabbli u politika li tara biss il-ġid komuni


Alex Borg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li wara l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia hemm bżonn li jirri#enjaw il-ministri responsabbli. Dan għaliex il-pajjiż għandu bżonn politika li tara biss il-ġid komuni.


Alex Borg qal li l-Istat u l-gvern fallew fil-każ ta’ Jean Paul Sofia u għalhekk għandha tittieħed ir-responsabbiltà politika. Hu qal li l-gvern kien qed jibbaża fuq il-persuni li poġġa fil-bordijiet iżda r-responsabbiltà politika mhijiex tintrefa’ minn min hu verament responsabbli.


Id-deputat Nazzjonaista kompla li l-inkjesta tistabilixxi li l-ministru ma ta l-ebda direzzjoni lill-Kunsill Eżekuttiv u qatt ma wieġeb il-mistoqsijiet waqt li kien biss rubber stamp tal-policies. Dan hu ċertifikat negattiv għal ministru li ma jridx ir-responsabbiltà politika.


Alex Borg kompla li l-inkjesta pubblika toħroġ biċ-ċar li hemm bżonn li tintrefa’ responsabbiltà politika. Hu qal li Miriam Dalli, Silvio Schembri u Stefan Zrinzo Azzopardi għandhom jirriżenjaw għaliex instabu ħatja fl-inkjesta.


Id-deputat Nazzjoalista qal li l-Prim Ministru pprova jirredikola lil kulħadd meta ma riedx jagħmel inkjesta pubblika. Hu spjega kif il-Prim Ministru kellu jagħmel u-turn u jaċċetta inkjesta pubblika wara pressjoni pubblika.


Alex Borg insista li fejn hemm bżonn, għandu jkun hemm ir-riżenja biex fil-pajjiż ikun hemm politika li tara biss il-ġid komuni.