Mario de Marco, PN
Id-Deputat Nazzjoalista Mario de Marc qal fil-parlament li issa hu magħruf għaliex kontra kull sens ta’ umanità, il-gvern ma riedx jagħmel inkjesta pubblika u għaliex issa ma jridx jerfa’ r-responsabbiltà politika.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-inkjesta kkonkludiet li Malta Enterprise u INDIS naqsu fl-obbligi tagħhom skont il-liġi u skont il-governanza tajba.
Hu qal li l-inkjesta kkonkludiet li r-regoli kienu diġà hemm iżda ftit li xejn sar li ma ttieħdet ebda azzjoni prevenzjoni minn xi entità involuta wara li saret id-diżgrazzja tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
L-inkjesta kkonkludiet li l-entitajiet baqgħu għaddejjin qisu xejn. Il-Bord ikkonkluda li l-pajjiż qisu ma tgħallem xejn u ma ħa l-ebda azzjoni biex ma jkunx hemm diżgrazzji oħra fil-kostruzzjoni. Din hi kundann assoluta, sostna Mario de Marco, li kompla li l-Bord tal-Inkjesta jistaqsi jekk dan hux frott ta’ apatija jew irresponsabbiltà.
L-inkjesta stabbiliet li ma tistax tifhem kif il-building codes għadhom ma daħlux fis-seħħ u li kien hemm nuqqa sts’ dokumentazzjoni ta’ minuti ta’ laqgħat li l-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi kien ikollu ma’ diversi setturi.
L-inkjesta stabbiliet ukoll li l-Istat kellu jagħmel iktar billi jieħu l-opinjoni tal-esperti u għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet li għandhom ikunu attwati.
Din hi t-tieni darba li inkjesta pubblika sabet lill-gvern dwar mewt ta’ ċittadini Maltin. L-ewwel darba kienet l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Mario de Marco qal li l-ex Prim Ministru Muscat kien dikajrat l-aktar prim ministru fid-dinja u kien hemm il-korruzzjoni ta’ Vitals u Steward iżda l-inkjesta pubbliċi dwar Daphne Caruana Galiza u Jean Paul Sofia huma l-ikbar ċertifikati negattivi lill-gvern Laburista. Il-gvern ma jistax qatt ikun is-soluzzjoni għaliex il-politika li qed iwettaq hi l-problema li wasslet lill-pajjiż f’din is-sitwazzjoni. Illum jeżisti biss il-flus u m’hemmx valuri jew rispett.