Anke l-MEP Laburista Alfred Sant qed jaqbel mal-Partit Nazzjonalista li jeħtieġ tinġarr responsabbiltà politika wara li ħarġet l-Inkjesta dwar it-traġedja ta’ Jean Paul Sofia. Dan għaliex l-entitajiet kollha li jissemmew fir-rapport, fl-aħħar mill-aħħar jaqgħu taħt Ministri li huma responsabbli.
Fuq Facebook, Alfred Sant tkellem dwar l-aġenziji u l-entitajiet li ġew maħluqa biex ikunu jistgħu jaġixxu b’indipendenza u flessibiltà akbar mid-dipartimenti tal-Gvern, iżda xorta “jaqgħu taħt responsabbiltà Ministerjali”.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech ilu sa mill-mument li ħarġet din l-Inkjesta Pubblika li sejjaħ biex tinġarr responsabbiltà; kemm mill-Ministri Silvio Schembri, Miriam Dalli u Stefan Zrinzo Azzopardi – kif ukoll mill-Prim Ministru innifsu. Iżda Robert Abela, sal-Ħadd, stess baqa’ għaddej business as usual u jipprova jnessi li hu stess irreżista u ivvota kontra din l-Inkjesta Pubblika.
Fil-kitba li poġġa’ fuq il-media soċjali dalgħodu, l-MEP Laburista jgħid ukoll illi l-kontabbilità dwar id-deċiżjonjiet li jittieħdu u kif jiġu implimentati baqgħet tiċċajpar matul is-snin minflok ġiet iċċarata. Tant li issa, kulħadd qed ifarfar.
“Ir-rapport Zammit McKeon jesponi sa fejn iwasslu l-imblokki u l-isqaqien iġġenerati minn dawn il-problemi f’settur wieħed biss tal-ekonomija Maltija – b’riżultati traġiċi. Bla dubju fis-setturi l-oħra tal-amministrazzjoni publika jeżistu problemi simili”, jgħid Alfred Sant.
//= $special ?>