Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti warrbet it-talbiet minn numru ta’ Stati Amerikani li jridu li Donald Trump ikun ipprojbit milli jikkuntesta għall-White House fl-elezzjoni ta’ Novembru li tiddeċiedi l-futur tal-pajjiż għall-erba’ snin li jmiss.
Kollox jindika, issa, li Trump se jkun il-kandidat tal-Partit Repubblikan għall-White House u wara li l-Imħallfin — b’vot unanimu — ma aċċettawx id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Istat ta’ Kolorado biex l-eks President Amerikan ikun skwalifikat mill-ballottaġġ tal-primarji għar-Repubblikani.
L-Imħallfin f’Kolorado kienu referew għal klawsola fil-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti ‘li ma tippermettix għal klima ta’ rewwixta’ bħala r-raġuni għalfejn ma jridux li Trump jikkuntesta għall-Presidenza. Ir-ruling f’Kolorado kien irrefera għall-azzjonijiet ta’ Trump li wasslu għall-assedju tas-6 ta’ Jannar (tal-2001) mis-sostenituri tieggħu fuq il-Capitol ta’ Washington u li fiha numru ta’ nies kienu tilfu ħajjithom.
Is-sezzjoni tlieta tal-14 il-Emenda tal-Kostituzzjoni tipprojbixxi lil kulmin ikollu sehem f’xi rewwixta milli jikkuntesta għat-tmexxija tal-Istati Uniti — u meta anki l-Istati ta’ Illinois u Maine ippruvaw li jneħħu isem Trump minn fuq il-lista tal-kandidati.
- ż