Statisitika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika rigward l-użu tal-internet fid-djar Maltin u Għawdxin, sabet illi 246,753 persuna użaw l-internet għall-attivitajiet kummerċjali fis-sena li għaddiet.
Dan hekk kif il-maġġiroranza tar-residenti f’pajjiżna użaw l-internet sabiex jixtru delivery minn ristoranti, fast-food chains jew servizzi tal-catering u anke ħwejjeġ.
Intant, l-NSO sab li 92.1% tal-persuni li għamlu użu mill-internet kienu dawn ta’ bejn l-eta ta’ 16 u 74 sena, hekk kif sab ukoll li 97.3% tan-nies li użaw l-internet għamlu użu mill-websites governattivi.
//= $special ?>