Nikki Haley, li għadha tisfida lill-eks President Amerikan Donald Trump għall-kandidatura Repubblikana għall-White House, irnexxielha tegħleb lil Trump fil-primarji ta’ Washington.
Din kienet rebħa rari għal Haley u li qed titqies biss bħala waħda simbolika peress li Trump għadu l-favorit assolut li jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti kontra l-President attwali Joe Biden tal-Partit Demokratiku.
Ir-rebħa kienet anki l-ewwel għal Haley fil-kampanja Repubblikana ta’ din is-sena u meta hi saret ukoll l-ewwel mara li qatt rebħet primarja ta’ dan il-partit fl-istorja ta’ pajjiżha.
Madankollu, il-vantaġġ ta’ Trump fuq Haley hu wieħed enormi u ftit jidher li hemm possibbiltà li Haley, l-eks Ambaxxatur Amerikan għan-Nazzjonijiet Uniti, se tkun kapaċi tegħleb distakk hekk kbir mar-rivali.
//= $special ?>