Żewġ plejers żgħażagħ tat-table tennis minn HiTT Malta Table Tennis Academy, Luke Bonello u Danny Scicluna ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja li saru f’Algiers.
Iż-żewġ plejers kienu akkumpanjati mill-kowċ Mario Genovese u kellhom wirjiet pożittivi fejn Luke Bonello ħa sehem f’żewġ kategoriji ta’ Taħt is-17-il sena u Taħt id-19-il sena fejn fl-ewwel kompetizzjoni kellu logħba iebsa kontra l-Eġizzjan Omar Osman fejn wara li kien qed jirbaħ 2-1 fl-aħħar parti tal-logħba tilef 3-2.
Hu tilef iż-żewġ logħbiet ta’ wara 3-1 kontra Ajmal Guyodil tal-Alġerija u 3-0 kontra Rupam Sardar tal-Indja. Fil-kategorija ta’ taħt id-19-il sena Luke Bonello lagħab kontra Wong Wan tac-Cina u Priyanuj Bhattaharyya tal-Indja klassifikati fl-ewwel post f’pajjiżhom fejn tilef 3-0.
Danny Scicluna ħa sehem fil-kategorija ta’ taħt il-11-il sena u f’dik ta’ taħt it-13-il sena. Fl-iżgħar kategorija, Scicluna rebaħ 3-0 lill- Anes Seddiki tal-Alġerija filwaqt li tilef bl-istess skor kontra Ahmed Al Khalaaf.
Fil-kompetizzjoni ta’ Taħt it-13-il sena, Scicluna beda tajjeb meta għeleb lill-Ingliż Zacharia Sarri 3-0 għalkemm tilef bl-iskor identiku ta’ 3-2 kontra Yaakoub Gousmi u Khaled Touabia, it-tnejn mill-Algerija.
//= $special ?>