Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ mal-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia

F’laqgħa ma’ Isabelle Bonnici u John Sofia, il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia…. ħamest ijiem wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-inkjesta pubblika b’rabta mal-kaz ta’ binhom – iz-zghazugh li tilef ħajtu tragikament f’Diċembru tal-2022, f’inċident f’Kordin – il-Kap tal-PN Bernard Grech aċċertahom li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jaħdem sabiex ir-rakkomandazzjonijiet li ġew ippubblikati fir-rapport tal-Inkjesta Pubblika, jiġu attwati minnufih, u min hu responsabbli jerfà ir-responsabbiltà politika.

Bernard Grech insista li hekk kif il-PN mill-bidu nett wera l-appoġġ lil din il-familja u għamel minn kollox sabiex iwassal il-messaġġ tagħha billi ressaq mozzjoni fil-parlament sabiex isir inkjesta pubblika, se jibqa’ jaħdem qattiegħ sabiex din l-Inkjesta Pubblika ma tibqax fuq l-ixkaffa, bħal ma ġara f’każjiet preċedenti.

Għall-kuntrarju tal-PN, Robert Abela għamel minn kollox biex jevita li ssir inkjesta pubblika billi ivvinta ħafna skużi li mhux minnhom… u baqa’ jagħmel ta’ rasu biex jgħatti x’seta sar ħażin mill-Gvern.

Fil-fatt fit-12 ta’ Lulju, il-grupp parlamentari Laburista kollu injoraw il-karba tal-omm għall-ġustizzja .. u ivvottaw kontra li ssir inkjesta pubblika….. Dan filwaqt li l-membri kollha tal-Oppożizzjoi ivvutaw favur l-Inkjesta Pubblika.

L-aġir tal-PM lura fl-Lulju li għadda kien qajjem kontroversja sħiħa anke fuq il-media socjali u barrax ta’ kritika kontra l-Gvern imexxi minn Robert Abela.

Tant hu hekk illi ħamest ijiem wara il-vot kontra Inkjesta Pubblika, Isabelle Bonnici sejħet lin-nies għal velja quddiem Kastilja wara li iktar minn 24,00 persuna iffirmaw il-petizzjoni li għamlet omm Jean Paul Sofia sabiex issir inkjesta pubblika… u propju ftit tal-ħin qabel ma’ bdiet din il-velja – Robert Abela spiċċa għamel U-Turn.

Issa nafu għalfejn Robert Abela u sħabu baqgħu jirrezistu li ssir inkjesta Pubblika – bil-għan li jagħtu l-irregolaritajiet li saru minn entitajiet tal-Gvern – irregolaritajiet li kieku min kien responsabbli ħa ħsiebhom – Jean Paul Sofia ma kienx jispiċċa vittma. Fil-fatt l-inkjesta pubblika kkonkludiet illi l-Istat huwa ħati u għandu jerfa r-respossabbiltà ta’ din it-tragedija.