“Diżgustanti.”
Hekk qed tiġi deskritta l-imġieba tal-Prim Minsitru Robert Abela minn Mary Grace Sciberras – li tilfet lil missierha fit-traġedja tal-Um El Faroud lura fl-1995.
Dan hekk kif f’intervista mal-ġurnalist Dione Borg, bint Angelo Sciberras minn Ħaż-Żabbar li fit-3 ta’ Frar ta’ 29 sena ilu tilef ħajtu flimkien ma’ 8 oħrajn fi splużjoni fit-Tarzna, esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-fatt li għal gwadann politiku tiegħu Robert Abela żeffen din it-traġedja fin-nofs.
Il-Ħadd filgħodu Robert Abela pprova jigwadanja punti politiċi billi minflok għażel li jġiegħel lill-Ministri tiegħu jerfgħu responsabbiltà politika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia – għażel li juża l-mewt ta’ 9 minn nies fi traġedja ta’ 30 sena ilu.
Madanakollu, ma huwa veru xejn li l-inkjesta msejħa mill-Gvern ta’ dak iż-żmien kienet saret fil-magħluq hekk kif attendew għaliha kemm il-qraba kif ukoll diversi ġurnalisti – konferma li waslet saħansitra minn Mary Grace innifsiha.
Hija tenniet li l-aġir tal-Prim Ministru kien diżgustanti u rribattiet li dik l-inkjesta marittima seta’ jattendi għaliha kulħadd.
B’rabta ma’ dan kollu staqsejna lis-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield li proprju fil-95 kien ġurnalist mal-midja Laburista.
Hu mera għal kollox dak li qalet Sciberras, hekk kif baqa’ jinsisti li l-inkjesta kienet fil-magħluq.
Agħar minn hekk sostna li Robert Abela ma kienx insensittiv għax żeffen lid-9 vittmi u qrabathom fin-nofs….ġerħa li fetaħ għal gwadann politiku tiegħu biex jiprova jgħatti l-ħażin li għamel hu u ta’ madwaru.
//= $special ?>