Id-Direttur-Ġenerali tal-WHO ( l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa) ikkonferma li t-tfal residenti fit-Tramuntana ta’ Gaża qed imutu ‘kontinwament’ b’riżultat tal-gwerra ta’ Iżrael mal-Ħamas.
Tedros Adhanom Ghebreyesus qal dan wara li r-rappreżentanti tal-WHO żaru l-isptarijiet ta’ Al-Awda u Kamal Adwan …Żjara li żvelat il-verità allarmanti, fosthom il-livelli għoljin ta’ malnutriżmu u b’talanqas għaxar tifel u tifla jmutu minħabba n-nuqqas tal-ikel. Dan waqt li l-kumplessi tal-isptarijiet sħaħ spiċċaw meqruda mill-bombi u l-missili.
It-tfal li mietu mill-malnutriżmu u dehydration kienu qed jinżammu f’diversi sptarijiet u Tedros irrefera wkoll għan-nuqqas akut ta’ fuel u ilma nadif fil-lokalitajiet ta’ Gaża.
Il-Kap tal-WHO irrefera b’mod partikulari għas-sitwazzjoni fl-isptar ta’ Al-Awda fejn il-pazjenti qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet ‘impossibbli’u meta l-bini qed ikompli jġarrab l-agħar impatt tal-gwerra.
//= $special ?>