Ewropa Internazzjonali

GĦADA: Jingħata bidu għall-Kungress tal-PPE b’rabta mal-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej

Matul il-jum tal-Erbgħa se jingħata bidu għall-Kungress tal-PPE b’kollaborazzjoni mal-Partit Rumen PNL fejn fost l-oħrajn se jiddiskutu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru f’Ġunju li ġej.

Għal dan il-Kungress importanti li se jsir fir-Rumanija se jkun hemm ‘il fuq minn 15-il mexxej minn pajjiżi varji fosthom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola.

Dan il-Kungress li huwa mifrux fuq jumejn jirrapreżenta mument ta’ għaqda, isprirazzjoni kif ukoll riflessjoni fejn jistgħu jfakkru n-numru ta’ diffikultajiet li affaċċja l-Parlament Ewropew fl-aħħar snin fosthom il-Gwerra fl-Ukrajna, il-piż tal-għoli tal-ħajja kif ukoll it-theddida tal-populizmu.

Intant, fit-tieni jum ta’ dan il-Kungress mistennija li ssir votazzjoni bil-għan li jintagħżel il-kandidat ewlieni għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.