Internazzjonali

Il-Pakistan: Mejtin u midruba f’maltemp ‘mhux tas-soltu’ — bil-vittmi jinkludu t-tfal

Talanqas 40 persuna, aktar min-nofshom tfal, mietu taħt l-agħar kundizzjonijiet tat-temp iddominati minn xita friżata u nżul ta’ borra meqjus bħala sorprendenti għal dawn iż-żmenijiet fil-Pakistan.

Għexieren oħra sfaw midruba mill-elementi li konċentraw fuq iz-zoni remoti tal-pajjiż, bir-rapporti jgħidu li numru sinifikanti ta’ tfal mietu wara li diversi djar spiċċaw imkaxkrin mill-valangi. It-temp estrem, intant, laqat lir-reġjuni tal-Punent u t-Tramuntana tal-Pakistan, bit-toroq jispiċċaw inaċċessibbli.

L-esperti qalu li huma ‘sorpriżi ħafna’ dwar dawn l-elementi peress li t-temp ta’ Marzu, is-soltu, pjuttost ikun qed jaqleb għal wieħed sajfi – u b’dawn il-kundizzjonijiet qed jidhru dovuti għall-bidliet fil-klima.