Kienet kbira r-rabja tan-nies wara li ċ-Chairperson tal-Gozo Channel Joe Cordina appella sabiex fil-ġurnata tal-Ħadd, kemm jista’ jkun, jevitaw li jaqsmu l-fliegu bejn Għawdex u Malta bejn il-5pm u t-8pm. Dan minħabba l-fatt li diversi persuni qed jispiċċaw ikollhom jistennew għal siegħat twal biex jaqsmu l-fliegu – għaliex il-vapur second hand, in-Nikolaos, jinsab għat-tiswija.
Ħafna kienu dawk illi qalu li din l-idea ta’ Joe Cordina kienet banali, wara li l-Gvern qatt ma implimenta l-wegħda li jixtri r-raba’ vapur, li tant huwa essenzjali. U minflok – qed ninqdew b’vapur second hand li bħalissa jinsab wieqaf.
Fil-kummenti fuq il-media soċjali xi persuni sostnew li sar iżjed faċli tmur Sqallija milli Għawdex, filwaqt li oħrajn qalu li b’dan il-parir se jkun hemm iżjed konġestjoni.
Diversi persuni oħrajn sostnew li dan il-kumment taċ-chairperson tal-Gozo Channel jinstema qisu ċajta bla sens li ma fiha ebda serjeta, u li ntqalet minn xi ħadd dilettant.
Fil-kummenti kien hemm oħrajn illi qal ukoll li anke meta marru fit-3:30pm, xorta spiċċaw telgħu fuq il-vapur tas-6pm. B’ħafna spiċċaw jikkumparaw dan il-kumment ma’ dak li qal iċ-Chairperson tal-Wasteserv Richard Bilocca meta appella lin-nies biex jibdew jiffriżaw il-borża tal-iskart organiku ħalli jevitaw l-irwejjeħ, minflok ħareġ b’soluzzjoni vijabbli.
//= $special ?>