Ambjent Lokali

Is-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla Mosta iħawwlu 25 siġar taċ-ċipress

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu tħawwlu 25 siġra taċ-ċipress sabiex ikomplu jsebbħu l-akwati tal-Mosta. Dan sar b’tifkira tal-għeluq il-25 sena mit-twaqqif uffiċjali tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ Mostija, is-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla Mosta, fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija Mosta.

Din l-attivita’ saret fil-preżenza tal-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ attwali, il-kumitat tas-soċjeta’ u membri oħra fi ħdan is-soċjeta’.

Il-Kunsillier Joseph Gatt ikkolabora magħhom billi ma dawn is-siġar, żied 12-il siġra oħra fuq inizjattiva personali tiegħu, biex ifakkar dan il-jum speċjali.

Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Marija tal-Mosta iringrazzjaw ukoll il-Mosta Scouts Group tal-kollaborazzjoni tagħhom.