Lokali

Jum il-Mara: ‘Niċċelebraw in-Nisa’

Il-Ġimgħa filgħaxija il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista organizzaw diskussjoni bit-tema ‘Niċċelebraw in-Nisa’ bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għal Jum in-Nisa.

Christine Amaira pprezentat din l-attivitá, fejn kien hemm panel varju, b’mistiedna li inkludew lil Ann Fenech, Judith Dingli, Claudia Taylor East, Angela Callus, Stephanie Falzon, Gertrude Buttigieg u Marthese Mugliette – nisa li stinkaw f’oqsma differenti tagħhom.

L-attivita’ bdiet b’intervent minn Angela Callus li tat sfond storiku tax-xogħol illi wettaq il-Partit Nazzjonalista għall-avvanz tal-mara. Id-diskussjoni kompliet bl-interventi mal-kumplament tal-panel, li tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom bħala nisa fis-setturi partikolari tagħhom – fosthom is-settur marittimu, is-settur ta’ l-artisti, is-settur tal-volontarjat, id-dinja tan-negozju u s-settur tad-diżabblita’.  

Huma tkellmu dwar l-isfidi li affaċjaw sabiex waslu fejn waslu, u l-vjaġġ tagħhom sabiex jegħlbu dawn l-isfidi.

Taw ukoll is-suġġerimenti u l-viżjonijiet tagħhom ta’ x’jista jsir sabiex l-aspirazzjonijiet tal-mara jiġu mwettqa.

Din l-attivita’ ġiet indirizzata mill-President ta’ l-MNPN Marie Claire Zammit, kif ukoll minn Anne Marie Grech u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione.