Knisja

L-Arċisqof jappella biex tinbidel il-mentalità

L-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna appella biex f’pajjiżna ikollna bidla fil-mentalità.

Dan l-appell twassal waqt laqgħa mal-imsieħba soċjali li jiffurmaw il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali – laqgħa li saret nhar it-Tnejn.

Monsinjur Scicluna – flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi – iltaqgħu mal-imsieħba soċjali sabiex jiddiskutu l-ekonomija, l-istat tas-soċjetà Maltija u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

Matul it-taħdidiet, l-Arċisqof insista illi dawk li jmexxi l-ekonomija tal-pajjiż għandhom responsabilità li jħarsu l-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-laqgħa tmexxiet mill-President tal-MCESD il-Perit David Xuereb, u saret fil-Kurja tal-Arċisqof.