Lokali Parlament

L-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu effettivi favur ir-residenti


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu effettivi favur ir-residenti li ħdejhom ikun qed isir bini.


Darren Carabott qal li l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Jean Paul Sofia hi waħda mill-iktar inkjesti pubbliċi importanti li l-pajjiż se jibqa’ jitkellem dwarha.


Hu sostna li f’Diċembru li għadda, ingħata rikonoxximent lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia li ngħataw il-Midalja għall-Qadi Tar-Repubblika, wara ftit xhur toħroġ il-kundanna li l-istess repubblika falliethom u qatlitilhom lil binhom u għalhekk trid iġġorr ir-responsabbiltà.


id-dritt tal-ħajja hu wieħed mill-iktar prinċipji fundamentali fil-pajjiż iżda dan il-gvern qed jonqos fil-konfront ta’ Jean Paul Sofia. Dan għaliex l-awtirtjaiet m’għamlux ix-xogħol tagħhom għaliex il-politiku naqas li jieħu l-azzjonijiet neċessarji.


Isabelle Bonnici qed isostni li dan hu biss il-bidu, qal Darren Carabott, li kompla li l-politiku naqas meta kien hemm każ ta’ familja li kellha żvilupp kbir isir propju madwar id-dar tagħha.


Il-problema tinqala’ meta l-iżviluppatur ma jirrispettax li mad-dawra tas-sit tiegħu jkun hemm nies li għandhom propjetà.


Meta kien qed isir il-bini bdew ħerġin diversi problemi u din il-familja kellha ssib avukat u perit biex jirrappreżenthom biex jieħu l-azzjonijiet biex iwaqqfu x-xogħlijiet biex il-familja tipproteġi d-dritt li tgħix b’mod sigur f’dahra. Hemm ħafna familji li qed jidħlu fi spejjeż kbar minħabba x-xogħlijiet li jsiru ħdejhom.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ministri responsabbli mhux qed jagħtu refuġju lill-familji li jkollhom bżonn l-għajnuna.


Darren Carabott qal li l-awtoritajiet qed jonqsu quddiem każi ta’ persuni li jkunu fi djarhom u jibdew jisimgħu t-tħaffir anki fis-soqfa tad-dar tagħhom.


Hu sostna li r-risposti tal-BCA għat-telefonata kienet li l-uffiċjali ma jistgħux imorru għal dawn is-sagħtejn għax jinsabu fuq break u wara għandhom każ ieħor. Il-BCA għandha tkun awtorità effettiva u kwalità fis-servzzi li tagħti.


Darren Carabott qal li hemm nuqqasijiet fil-mentalità partiġġjana u semma’ l-każ ta’ Miriam Pace li intradmet fid-dar tagħha stess.


Hu fakkar kif il-kunsilliera Nazzjonalisti fil-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera kien ippropona li t-triq iżda l-kunsilliera Laburisti ivvutaw kontra u semmew it-triq, Triq l-Isportivi. Il-gvern Laburista qed jipprova jnessi dawn l-inċidenti.


Darren Carabott tkellem fuq l-importanza li jkun hemm awtoritajiet awtonomi u sostna li fil-pajjiż hawn problema ta’ governanza.