Is-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own u l-Kummissjoni TEAK fi ħdanha sejra torganizza mixja Biblika u dramm tal-Passjoni fit-toroq ta’ Birkirkara nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu fl-okkażjoni taż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Fl-4.30pm huma se jassistu l-ħruġ tal-parata Rumana minn Triq il-Kbira u li se tgħaddi minn Triq l-Imsida, Santu Rokku, Triq il-Wied sas-sede tas-soċjetà. Fil-5.00pm toħroġ il-mixja Biblika li fiha jieħdu sehem madwar 300 persunaġġ, il-Banda Duke of Connaught’s Own, l-‘Iscouts Group’, il-‘Legio x Fretenses’. Din il-mixja se tgħaddi minn Triq il-Wied, Triq in-Naxxar, Triq Anġlu Mallia, Triq l-Isqof Labini, Triq il-Kbira, Pjazza Sant’Elena, Triq Santu Rokku sa Triq il-Wied.
Fit-8.30pm huma se jassistu għal dramm tal-Passjoni quddiem is-sede tal-Banda Duke of Connaught’s Own bl-isem “Is-Siegħa” fuq kitba ta’ Emanuel Cilia.
//= $special ?>