Bernice Bonello, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li l-mumenti meta l-gvern ivota kontra l-inkjesta pubbliak dwar Jean Paul Sofia kienu mumenti ta’ mistħija.
Bernice Bonello qalet li l-gvern għamel minn kollox biex ma ssirx l-inkjesta pubblika. Dawn kienu mumenti ta’ mistħija u għajb.
Hi qalet li l-Prim Ministru qed jistenna r-riżenji iżda l-Prim Ministru qed jikkonferma li kien hemm bżonn l-inkjesta pubblika. Il-gvern qed jipprova jwaħħal f’kulħadd minbarra fihom innfushom.
Bernice Bonello qalet li l-mewt serqet il-futur ta’ Jean Paul Sofia u sostniet li l-pajjiż għandu jkollu istituzzjonijiet li jaħdmu biex dawn jagħtu garanzija ta’ sigurtà lill-poplu kollu.
Il-poplu jrid serjetà bil-fatti u mhux fuq il-karti, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-gvern għandu responsbabiltá lejn il-vittma u fuq il-familja. Il-gvern ħallihom jittallbu iżda sabu l-appoġġ tal-poplu.