Meta tkompla l-Kampjonat Nazzjonali Enemed tal-Futsal, University of Malta ACJ Group kisbu t-13-il rebħa staġjonali fl-Enemed Premier League meta għelbu lil ŻRQ Bormla 6-4.
Ma kinitx logħba faċli għall-Universitarji li raw lill-avversarji tagħhom motivati fejn naqqsu l-marġni tal-iskor u saħanistra ġabu l-iskor indaqs.
Minkejja kollox, l-aħħar mumenti kienu tal-Universitarji li xprunati mill-plejer ta’ esperjenza Melvin Borg waslu għas-suċċess finali.
Fil-fatt Borg kien awtur ta’ tliet gowls b’Guillherme Fonseca, Steven Camilleri u Gia Nikvashvili li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Ir-reazzjoni tal-Bormliżi waslet wara doppjetta ta’ Karl Luke Schembri u gowls ta’ Bruno de Souza u Rodrigo da Silva.
Swieqi United Futsal ftit kellhom problemi biex eliminaw lil Birżebbuġa St Peter’s bl-iskor kbir ta’ 11-0.
Fl-Enemed Challenger League, Marsaskala komplew bis-serje pożittiva tagħhom wara li għelbu lil Gżira United Santa Margherita 7-4.
Ta’ Xbiex Futsal li jinsabu biss punt bogħod mil-leaders rebħu 5-0 lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena filwaqt li Sliema Futsal f’partita miftuħa għal kull riżultat għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena bl-iskor ristrett ta’ 5-4.
KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL PREMIER LEAGUE:
University of Malta ACJ Group 39 punt, Luxol St Andrew’s 31 punt, Żurrieq Bormla 25 punt, Swieqi United FC Futsal 24 punt u Birżebbuġa St Peter’s 18 il-punt.
KLASSIFIKA – ENEMED CHALLENGER LEAGUE:
Marsaskala Futsal 22 punt , Ta’ Xbiex Futsal Izola Bank 21 punt, Sliema Wanderers FC Futsal 11 il-punt, Selezzjoni Maltija Taħt id-19 il-sena 7punti, Gżira United Santa Margherita 6 punti u Selezzjoni Maltija Taħt it-18-il sena 3 punti.
//= $special ?>