Lokali

Il-katavri tal-ħames immigranti għadhom ma ġewx rilaxxati biex issir id-difna

Il-katavri tal-ħames immigranti li mietu wara traġedja li seħħet ftit ‘il barra mill-kosta Maltija għadhom ma ġewx rilaxxati. Dan ifisser li għalissa, ma tistax issir id-difna.

Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament, wara Domanda li għamel id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.

Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru tal-Intern Byron Camileri fisser kif il-maġġoranza tal-immigranti kienu żgħażagħ. U fost dawk li mietu, kien hemm Eritrejan ta’ 22 sena u tfajla mill-Ghana ta’ 23 sena.

Il-vittmi l-oħra kienu raġel mill-Ghana, raġel ieħor ta’ 31 sena mill-Bangladesh u Sirjan ta’ 33 sena.