L-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia qalet li ż-żagħżugħ miet f’sit li ma kien kontrollat minn ebda awtorità regolatorja u din hija stampa ta’ żbalji mill-ħoxnin li xi ħadd għandu dmir li jerfa’ responsabiltà. U dan għandu jkun l-istat.
Net News stqasa lill-Ministru Micheal Falzon xi jfisser għalih “l-Istat”. Iżda fl-ebda ħin ma qal li l-Gvern huwa li naqas – anzi, implika li “kulħadd” huwa l-Istat.
Fl-istess waqt, il-Ministru Falzon rrifjuta li jwieġeb dwar min se jkun qed jerfa’ responsabbiltà politika. U qal direttament li ma jridx jitkellem dwar responsabiltà.
Dan minkejja li r-responsabbiltà poltika hija l-iktar azzjoni li tista’ tiżgura li xi ħaġa bħal din ma tarġax tiġri għax ikunu ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha biex din il-comedy of errors ma terġax tiġri.
//= $special ?>