Lokali

Il-Ministru Michael Falzon ma jagħtix garanzija ta’ pensjoni fi żmien 20 sena

Dak li l-Maltin kollha kienu jieħdu bħala ovju m’għadux garantit. Dan hekk kif il-Ministru Michael Falzon responsabbli mill-politika soċjali ma tax assigurazzjoni li fi żmien 20/30 sena oħra…. l-anzjani jkollhom il-pensjoni tal-Gvern assigurata.

Waqt seminar li kien organizzat l-Erbgħa filgħodu, il-Ministru Michael Falzon spjega li illum-il ġurnata in-nies qed jgħixu iżjed, waqt li qed jitwieldu inqas nies. U għalhekk hemm inqas nies iħalsu bolla għall-benefiċċji; fosthom il-pensjonijiet tal-anzjani.

Għal din ir-raġuni l-Ministru qal li ma hemm l-ebda garanzija dwar x’jista’ jiġri fil-futur. U għalhekk qal lin-nies biex jaħsbu f’pensjoni privata.

Minkejja li mat-Times Michael Falzon prova jillapazza dak li qal fil-Konferenza, il-kliem tal-Ministru xrota ħoloq ħafna dubji dwar dak li qed jagħmel il-Gvern biex jiggarantixxi pensjonijiet sostenibbli.