Il-mozzjoni ta sfiduċja tal-Oppożizzjoni fit-tliet ministri Miriam Dalli, Stefan Zrinzo Azzoaprdi u Silvio Schembri se tkun diskussa fil-parlament nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2024.
Dan tħabbar fis-seduta parlamentari tal-lum mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar f’intervent li għamel fil-parlament.
Il-ġurnata tal-Ħamis 14 ta’ Marzu 2024 hi l-ġurnata li fiha l-Oppożizzjoni tista’ tiddiskuti l-mozzjoni tagħha u għalhekk l-Oppożizzjoni għażlet li din tkun l-aktar okkażjni viċin wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia.
Din id-diskussjoni se tinfetaħ u tingħalaq mill-Oppożizzjoni u fl-aħħar se jittieħed vot. Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni qed titressaq fil-parlament wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia u tħabbret ftit ġranet ilu mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-parlament.