Illum, dak li suppost hu l-Istazzjon Pubbliku ġie mmultat mill-Awtorità tax-Xandir wara li l-Awtorità sabet lill-PBS ħati ta’ nuqqas ta’ bilanċ meta l-PBS ipprova jiċċensura l-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.
Din il-multa hi ċertifikat ieħor tal-kampanja sistematika minn-naħa tal-PBS biex jiċċensura kull vuċi li tikkritika lill-Gvern, filwaqt li tkun magna ta’ propaganda kontimwa għal Robert Abela.
Il-multa imposta fuq il-PBS m’għandhiex titħallas mit-taxxi tagħna għax m’huwiex il-poplu li qed jikser id-drittijiet fundamentali tal-Oppożizzjoni u tat-telespettaturi, iżda għandha titħallas direttament mit-tmexxija tal-PBS, li qed jiddeċiedu personalment li jkunu magna ta’ propaganda u ċensura.
In-nies m’għandhomx iħallsu għad-deċiżjonijiet magħmulin ħżiena għal tal-apposta mic-Chairperson Mark Sammut u mill-Editur Charles Dalli.
Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jieħu kull pass meħtieġ sakemm il-PBS ma jibqax Super One 2 u jsir verament Xandir Pubbliku.
Dan intqal fi stqarrija minn Michael Piccinino is-Segrearju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista u Claudette Buttigieg ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabete.
//= $special ?>